22 TAʼ LULJU 2019
X’HAWN ĠDID?
It-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida ppubblikata bl-Islandiż u l-Ispanjol
L-edizzjoni riveduta tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida ta’ l-Iskrittura Griega Kristjana ġiet ippubblikata bl-Islandiż fid-19 taʼ Lulju 2019, f’Kopenħagen, id-Danimarka. Dakinhar stess, f’Madrid, Spanja, l-edizzjoni riveduta tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida ta’ l-Iskrittura Mqaddsa ġiet ippubblikata bl-Ispanjol. It-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida ġiet tradotta kollha kemm hi jew parti minnha b’181 lingwa. Dan jinkludi 25 reviżjoni sħiħa li hi bbażata fuq l-edizzjoni tal-2013.