Mur fil-kontenut

Liema profeziji juru li Ġesù kien il-Messija?

Liema profeziji juru li Ġesù kien il-Messija?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Meta Ġesù kien fuq l-art, hu wettaq ħafna profeziji dwar “il-Messija l-Mexxej,” il-wieħed li kien se jkun “is-Salvatur tad-dinja.” (Danjel 9:​25; 1 Ġwanni 4:​14) Anki wara li miet, Ġesù baqaʼ jwettaq profeziji Messjaniċi, jiġifieri profeziji dwar il-Messija.—​Salm 110:1; Atti 2:34​-​36.

 Xi tfisser il-kelma “Messija”?

 Kemm it-terminu Ebrajk Maxjok (Messija) u kemm il-kelma taʼ pariġġha bil-Grieg Krejstaws (Kristu) ifissru “l-Midluk.” Allura, “Ġesù Kristu” jfisser “Ġesù l-Midluk,” jew “Ġesù l-Messija.”

 Fi żminijiet Bibliċi, individwu spiss kien jiġi midluk billi jitferraʼ ż-żejt fuq rasu meta jkun magħżul għal pożizzjoni t’awtorità speċjali. (Levitiku 8:​12; 1 Samwel 16:13) Ġesù kien midluk minn Alla biex ikun il-Messija—pożizzjoni t’awtorità kbira. (Atti 2:​36) Però, Alla dilek lil Ġesù bl-ispirtu qaddis minflok biż-żejt.​—Mattew 3:​16.

 Jistaʼ jkun li hemm iktar minn persuna waħda li twettaq il-profeziji dwar il-Messija?

 Le. Bħalma permezz taʼ fingerprint tistaʼ tidentifika persuna waħda biss, it-twettiq tal-profeziji tal-Bibbja jirreferu għal Messija, jew Kristu, wieħed biss. Madankollu, il-Bibbja twissi li kellhom “iqumu Kristijiet foloz u profeti foloz u jagħmlu sinjali kbar u għeġubijiet biex iqarrqu, jekk jistaʼ jkun, saħansitra bil-magħżulin.”​—Mattew 24:24.

 Jistaʼ jkun li l-Messija għad irid jiġi?

 Le. Il-Bibbja bassret li l-Messija kien se jkun dixxendent tas-Sultan David taʼ Iżrael. (Salm 89:​3, 4) Però, ir-rekords tal-antenati Lhud li jiħduk lura sa David ma baqgħux jeżistu. Milli jidher dawn inqerdu meta r-Rumani rebħu lil Ġerusalemm fis-sena 70 wara Kristu (WK). a Minn dakinhar ’l hawn, ħadd ma setaʼ jagħti prova li xi ħadd kien ġej mill-familja rjali taʼ David. Però, meta dawn ir-rekords tal-antenati kienu jeżistu fi żmien Ġesù, lanqas l-għedewwa tiegħu ma rnexxielhom imeruh li kien jiġi minn David.​—Mattew 22:41-​46.

 Kemm-il profezija hemm dwar il-Messija fil-Bibbja?

 Ma nistgħux ngħidu bl-eżatt kemm-il profezija Messjanika hemm. Pereżempju, il-mod kif jingħaddu l-profeziji jistaʼ jvarja anki minn siltiet li jitkellmu b’mod ċar dwar il-Messija. Il-versi taʼ Isaija 53:​2-7 jsemmu diversi aspetti profetiċi rigward il-Messija. Xi wħud iqisu dawn il-versi bħala profezija waħda biss, filwaqt li oħrajn għandhom mnejn iqisu kull aspett bħala profezija.

 Xi profeziji dwar il-Messija li wettaq Ġesù

Profezija

Fejn tinsab

Twettiq

Nisel taʼ Abraham

Ġenesi 22:17, 18

Mattew 1:1

Dixxendent taʼ iben Abraham, Iżakk

Ġenesi 17:19

Mattew 1:2

Jitwieled fit-tribù taʼ Ġuda, f’Iżrael

Ġenesi 49:10

Mattew 1:​1, 3

Jiġi mill-familja taʼ slaten li David kien jagħmel parti minnha

Isaija 9:7

Mattew 1:1

Jitwieled minn verġni

Isaija 7:​14

Mattew 1:​18, 22, 23

Jitwieled f’Betlem

Mikea 5:2

Mattew 2:​1, 5, 6

Jissejjaħ bl-isem Emmanuwel b

Isaija 7:​14

Mattew 1:​21-​23

Twelid u trobbija komuni

Isaija 53:2

Luqa 2:7

Jinqatlu tfal żgħar wara t-twelid tiegħu

Ġeremija 31:15

Mattew 2:​16-​18

Jissejjaħ biex joħroġ mill-Eġittu

Ħosea 11:1

Mattew 2:​13-​15, 19, 20

Jissejjaħ Nazzarenu c

Isaija 11:1

Mattew 2:​23

Qablu jkun hemm messaġġier biex iħejjilu t-triq

Malakija 3:1

Mattew 11:​7-​10

Midluk bħala l-Messija fis-sena 29 WK d

Danjel 9:​25

Mattew 3:​13-​17

Alla jiddikjarah bħala Ibnu

Salm 2:7

Atti 13:33, 34

Żeluż għad-dar t’Alla

Salm 69:9

Ġwanni 2:​13-​17

Ixandar l-aħbar tajba

Isaija 61:1

Luqa 4:​16-​21

L-ippritkar tiegħu jkun bħal dawl kbir fil-Galilija

Isaija 9:​1, 2

Mattew 4:​13-​16

Jagħmel il-mirakli bħal Mosè

Dewteronomju 18:15

Atti 2:​22

Bħal Mosè, jgħid il-ħsibijiet t’Alla

Dewteronomju 18:18, 19

Ġwanni 12:49

Ifejjaq lil ħafna morda

Isaija 53:4

Mattew 8:​16, 17

Ma jiġbidx l-attenzjoni lejh innifsu

Isaija 42:2

Mattew 12:17, 19

Juri ħniena mal-batuti

Isaija 42:3

Mattew 12:​9-​20; Marku 6:​34

Juri x’inhi l-ġustizzja t’Alla

Isaija 42:​1, 4

Mattew 12:17-​20

Kunsillier tal-Għaġeb

Isaija 9:​6, 7

Ġwanni 6:​68

Jiddikjara isem Ġeħova

Salm 22:22

Ġwanni 17:6

Jitkellem bit-tixbihat

Salm 78:2

Mattew 13:34, 35

Mexxej

Danjel 9:​25

Mattew 23:10

Ħafna ma jemmnux bih

Isaija 53:1

Ġwanni 12:37, 38

Isir bħal ġebla taʼ tfixkil

Isaija 8:​14, 15

Mattew 21:42-​44

In-nies jiċħduh

Salm 118:22, 23

Atti 4:​10, 11

Mibgħud bla raġuni taʼ xejn

Salm 69:4

Ġwanni 15:24, 25

Jidħol Ġerusalemm bħala sultan fuq ħmar

Żakkarija 9:9

Mattew 21:​4-9

Imfaħħar mit-tfal

Salm 8:2

Mattew 21:15, 16

Jiġi f’isem Ġeħova

Salm 118:26

Ġwanni 12:12, 13

Tradut minn wieħed li kien jafda

Salm 41:9

Ġwanni 13:18

Tradut għal 30 biċċa tal-fidda e

Żakkarija 11:12, 13

Mattew 26:14-​16; 27:​3-​10

Xi ħbieb jabbandunawh

Żakkarija 13:7

Mattew 26:31, 56

Xhieda falza kontrih

Salm 35:11

Mattew 26:59-​61

Ma jgħidx kelma quddiem min jakkużah

Isaija 53:7

Mattew 27:12-​14

Jobżqulu

Isaija 50:6

Mattew 26:67; 27:27, 30

Jaqlaʼ daqqiet fuq rasu

Mikea 5:1

Marku 15:19

Jiġi msawwat

Isaija 50:6

Ġwanni 19:1

Ma jwaqqafx lil dawk li jsawtuh

Isaija 50:6

Ġwanni 18:22, 23

Mexxejja tal-gvern jingħaqdu kontrih

Salm 2:2

Luqa 23:10-​12

Imsammar maʼ zokk minn idejh u saqajh

Salm 22:16

Mattew 27:35; Ġwanni 20:25

In-nies itellgħu bix-xorti l-ħwejjeġ tiegħu

Salm 22:18

Ġwanni 19:23, 24

Jitqies bħala midneb

Isaija 53:12

Mattew 27:38

Mibgħud u mwaqqaʼ għaċ-ċajt

Salm 22:​7, 8

Mattew 27:39-​43

Ibati għall-midinbin

Isaija 53:​5, 6

1 Pietru 2:​23-​25

Jidher li jkun abbandunat minn Alla

Salm 22:1

Marku 15:34

Ituh jixrob xi ħaġa morra

Salm 69:21

Mattew 27:34

Bil-għatx eżatt qabel imut

Salm 22:15

Ġwanni 19:28, 29

Jafda l-ispirtu tiegħu f’idejn Alla

Salm 31:5

Luqa 23:46

Jagħti ħajtu

Isaija 53:12

Marku 15:37

Jagħti ruħu bħala fidwa biex ineħħi d-dnub

Isaija 53:12

Mattew 20:28

Għadmu ma jinkisirx

Salm 34:20

Ġwanni 19:31-​33, 36

Jiġi mniffed

Żakkarija 12:10

Ġwanni 19:33-​35, 37

Midfun mas-sinjuri

Isaija 53:9

Mattew 27:57-​60

Imqajjem mill-mewt

Salm 16:10

Atti 2:​29-​31

Xi ħadd ieħor jieħu post dak li jittradih

Salm 109:8

Atti 1:​15-​20

Bilqiegħda fuq il-lemin t’Alla

Salm 110:1

Atti 2:​34-​36

a Is-Cyclopedia taʼ McClintock u Strong tgħid: “Nistgħu nkunu kważi ċerti li r-rekords tat-tribujiet u l-familji Lhud inqerdu meta nqerdet Ġerusalemm, u mhux qabel.”

b L-isem Ebrajk Emmanuwel, li jfisser “Magħna Hu Alla,” jiddeskrivi tajjeb l-irwol taʼ Ġesù bħala l-Messija. Il-preżenza tiegħu fuq l-art u dak li għamel urew li Alla hu mal-qaddejja Tiegħu.​—Luqa 2:​27-​32; 7:​12-​16.

c Milli jidher it-terminu “Nazzarenu” ġej mill-kelma Ebrajka netser, li tfisser “rimja.”

d Għal dettalji mill-Bibbja li juru li s-sena 29 WK kienet is-sena meta kellu jiġi l-Messija, ara l-artiklu “Kif il-Profezija taʼ Danjel Tbassar il-Wasla tal-Messija.”

e Din il-profezija nsibuha fil-ktieb taʼ Żakkarija, imma Mattew, kittieb tal-Bibbja, jgħid li dan “intqal permezz tal-profeta Ġeremija.” (Mattew 27:9) Milli jidher il-ktieb taʼ Ġeremija ġieli tpoġġa bħala l-ewwel ktieb fis-sezzjoni taʼ kotba Skritturali msejħa “l-Profeti.” (Luqa 24:44) Milli jidher Mattew uża “Ġeremija” biex jirreferi għal dik il-ġabra taʼ kotba kollha f’daqqa, li inkludiet il-ktieb taʼ Żakkarija.