Alla Kemm Għandu Ismijiet?
It-Tweġiba tal-Bibbja
Alla għandu isem wieħed biss. Bl-Ebrajk jinkiteb יהוה u normalment bl-Ingliż huwa magħruf bħala Jehovah.” a Permezz tal-profeta tiegħu Isaija, Alla qal: “Jien Ġeħova. Dak hu ismi.” (Isaija 42:8) Dan l-isem jidher madwar 7,000 darba fil-kopji antiki ħafna tal-Bibbja. Dan l-isem jidher ħafna iktar minn xi titli oħra li għandu Alla jew minn xi isem taʼ persuni oħra. b
Ġeħova għandu ismijiet oħra?
Għalkemm il-Bibbja tgħid li Alla għandu isem wieħed, din tuża ħafna titli biex tiddeskrivih. Il-lista li ġejja turina xi ftit mit-titli li għandu. Kull waħda minnhom tgħallimna xi ħaġa dwar Ġeħova.
Titlu |
Skrittura |
Xi jfisser |
---|---|---|
L-Alfa u l-Omega |
“L-ewwel u l-aħħar,” jew “il-bidu u t-tmiem.” Dan ifisser li ma kienx hemm Alla li Jistaʼ Kollox qabel Ġeħova u lanqas mhu se jkun hemm ieħor warajh. (Isaija 43:10) L-alfa u l-omega huma l-ewwel u l-aħħar ittri fl-alfabett Grieg. |
|
Alla |
Xi ħadd li tistaʼ tqimu u b’saħħtu. Il-kelma Ebrajka ʼElo·himʹ hija fil-plural. Din tirreferi għall-maestà, id-dinjità, jew l-eċċellenza taʼ Ġeħova. |
|
Allah |
(Xejn) |
Il-kelma “Allah” ġejja mill-Għarbi. Mhijiex isem, imma titlu li jfisser “Alla.” Bibbji bl-Għarbi u lingwi oħra jużaw “Allah” biex jirreferu għal “Alla.” |
L-Alla mimli ferħ |
Il-ferħ hu waħda mill-kwalitajiet taʼ Ġeħova.—Salm 104:31. |
|
L-Alla tal-allat |
Għall-kuntrarju tal-allat li ma jiswew xejn li ħafna nies iqimu, hu l-Alla l-iktar għoli.—Isaija 2:8. |
|
Il-Blata |
Post taʼ protezzjoni u l-uniku wieħed li jistaʼ jsalvana. |
|
Dak li Jistaʼ Kollox |
Tant għandu qawwa li ħadd ma jistaʼ jwaqqfu milli jagħmel xi ħaġa. L-espressjoni bl-Ebrajk ʼEl Shad·daiʹ, li tfisser “Alla li Jistaʼ Kollox,” tidher sebaʼ darbiet fil-Bibbja. |
|
Il-feddej |
Isaija 41:14; Għaqda Biblika Maltija |
Hu jpatti jew jixtri lura lin-nies kollha mid-dnub u l-mewt permezz tas-sagrifiċċju bħala fidwa taʼ Ġesù Kristu.—Ġwanni 3:16. |
Il-Fuħħari |
L-istess bħalma fuħħari għandu awtorità fuq it-tafal, Ġeħova għandu awtorità fuq nies individwali u nazzjonijiet.—Rumani 9:20, 21. |
|
Għajjur |
Eżodu 34:14, Karm Żammit |
Ma jaċċettax li n-nies iqimu lil allat oħra. Din l-espressjoni tfisser “tmilx ruħek u tqim ebda alla ieħor,” jew ġiet tradotta wkoll ‘irid li jqimu lilu biss.’—Għaqda Biblika Maltija; Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida, nota taʼ taħt. |
Il-Ħallieq |
Hu ħalaq kollox. |
|
L-Iktar Għoli |
Għandu l-aktar awtorità għolja. |
|
L-Iktar Wieħed Qaddis |
L-iżjed qaddis, jiġifieri moralment nadif, minn kull ħaġa ħajja oħra. |
|
L-Istruttur Grandjuż |
Jgħallimna u jagħtina istruzzjonijiet għall-ġid tagħna.—Isaija 48:17, 18. |
|
Jien li Jien |
Eżodu 3:14, Għaqda Biblika Maltija |
Isir dak li għandu bżonn isir biex jagħmel dak li jwiegħed. Din il-frażi ġiet tradotta wkoll “Jien Se Nsir Dak Kollu li Jogħġobni” jew “Jien Se Nsir Dak li Rrid Insir.” (The Emphasised Bible, taʼ J.B. Rotherham; Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida) Din tgħinna nifhmu xi jfisser l-isem t’Alla, Ġeħova, li nsibuh fil-vers li jmiss.—Eżodu 3:15. |
Il-Missier |
Il-Wieħed li Jagħti l-Ħajja. |
|
Il-Mulej |
Tfisser sid; bl-Ebrajk ʼA·dhohnʹ u ʼAdho·nimʹ. |
|
Il-Mulej Sovran |
Hu għandu l-akbar awtorità; bl-Ebrajk ʼAdho·naiʹ. |
|
Il-Mulej tal-eżerċti, il-Mulej taʼ Sabaoth |
Isaija 1:9, Għaqda Biblika Maltija; Rumani 9:29, Karm Żammit |
Kmandant fuq armata kbira taʼ anġli. It-titlu “l-Mulej taʼ Sabaoth” jistaʼ jiġi spjegat ukoll “Ġeħova tal-armati.”—Rumani 9:29. |
Ir-Ragħaj |
Jieħu ħsieb il-qaddejja tiegħu. |
|
Is-Salvatur |
Hu jsalvana mill-periklu jew milli ninqerdu. |
|
Semmiegħ it-talb |
Hu jismaʼ kull talba li n-nies jitolbuh mill-qalb. |
|
Is-Sultan tal-eternità |
Hu ilu jsaltan minn dejjem u se jibqaʼ jsaltan għal dejjem. |
|
Is-Suprem |
L-aqwa u l-ogħla mexxej. |
|
Ix-Xiħ fil-Jiem |
Ġeħova qatt ma kellu bidu. Hu minn dejjem kien jeżisti, jiġifieri xejn u ħadd ma kien hemm qablu.—Salm 90:2. |
Ismijiet taʼ postijiet fl-Iskrittura Ebrajka
L-isem taʼ xi postijiet li jissemmew fil-Bibbja jinkludi l-isem t’Alla, imma dan ma jiħux post l-isem t’Alla.
L-isem tal-post |
Skrittura |
Xi jfisser |
---|---|---|
Ġeħova-jire |
“Ġeħova Jipprovdi.” |
|
Ġeħova-nissi |
“Ġeħova Hu s-Sinjal [l-Arblu] Tiegħi,” jew “l-istandard tiegħi.” (Għaqda Biblika Maltija) Ġeħova hu Alla li n-nies tiegħu jistgħu jmorru għandu għall-protezzjoni u l-għajnuna.—Eżodu 17:13-16. |
|
Jeħovah-Salom |
Imħallfin 6:23, 24, Karm Żammit |
‘Ġeħova Hu Paċi.’ |
Għala huwa importanti li tkun taf u tuża isem Alla?
Alla jrid li n-nies ikunu jafu l-isem tiegħu, Ġeħova. Dan jidher b’mod ċar għax huwa miktub fil-Bibbja għal eluf taʼ drabi.—Malakija 1:11.
L-Iben t’Alla, Ġesù, kemm-il darba enfasizza kemm hu importanti l-isem t’Alla. Pereżempju, hu talab lil Ġeħova: “Ħa jitqaddes ismek.”—Mattew 6:9; Ġwanni 17:6.
Dawk li jsiru jafu lil Alla u jużaw ismu, ikunu qed jieħdu l-ewwel pass biex isiru ħbieb maʼ Ġeħova. (Salm 9:10; Malakija 3:16) Ħbiberija bħal din ittihom iċ-ċans li jibbenefikaw mill-wegħda t’Alla: “Talli wrieni l-affezzjoni tiegħu, Jien neħilsu. Nipproteġih għax sar jaf ismi.”—Salm 91:14.
Il-Bibbja tgħidilna: “Hemm dawk imsejħin allat, sew fis-sema u sew fuq l-art, bħalma hemm ħafna ‘allat’ u ħafna ‘mulejiet.’” (1 Korintin 8:5, 6) Imma l-Bibbja b’mod ċar turi x’jismu l-Alla l-veru, Ġeħova.—Salm 83:18.
a Xi studjużi tal-Ebrajk jaqblu li l-isem t’Alla hu “Jaħweh.”
b L-isem divin imqassar hu “Jah.” Dan jidher madwar 50 darba fil-Bibbja, u spiss jidher parti mill-espressjoni “Ħallelujah,” jew “Halleluja,” li tfisser “Faħħar lil Jah.”—Rivelazzjoni [Apokalissi] 19:1; Għaqda Biblika Maltija; Karm Żammit.