Vers mill-Bibbja għal Kull Ġurnata
Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum fih vers mill-Bibbja differenti kuljum u paragrafu li jitkellem fuq il-vers. Dal-ktieb żgħir se jgħinek biex tibda l-ġurnata bi ħsieb sabiħ u inkuraġġanti mill-Bibbja.
Dawn tistaʼ taqrahom x’ħin trid inti, imma ħafna jieħdu pjaċir jaqrawhom filgħodu. Imbagħad huma jkunu jistgħu jaħsbu fuq dak li qraw matul il-ġurnata. Ħafna jsibuha t’għajnuna meta jiddiskutu l-vers u l-paragrafu mal-familja tagħhom.
Tistaʼ taqra l-vers u l-paragrafu taʼ kull ġurnata minn fuq il-LIBRERIJA ONLINE tat-Torri tal-Għassa jew tistaʼ tiddawnlowdja l-PDF għas-sena kollha.