Użu taʼ data persunali—L-Awstrija
Meta xi ħadd isir pubblikatur, hu jaċċetta li l-organizzazzjoni reliġjuża tax-Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja—li tinkludi l-kongregazzjoni lokali tax-Xhieda taʼ Ġeħova, l-uffiċċju tal-fergħa lokali, u organizzazzjonijiet simili li jaħdmu flimkien tax-Xhieda taʼ Ġeħova—tuża d-data persunali fi qbil mal-liġi u mal-interessi reliġjużi leġittimi tagħha. Il-pubblikaturi minn jeddhom jipprovdu d-data persunali lill-kongregazzjoni tagħhom kif imniżżel fil-ktieb Organizzati biex nagħmlu r-rieda ta’ Ġeħova sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem f’attivitajiet reliġjużi fi qbil mal-qima tagħhom u biex ikunu jistgħu jirċievu appoġġ spiritwali.—1 Pietru 5:2.
Il-pubblikaturi għandhom mnejn jagħtu iktar data persunali lix-Xhieda taʼ Ġeħova hekk kif jieħdu sehem f’attivitajiet reliġjużi oħra. Id-data persunali tistaʼ tinkludi l-isem, id-data tat-twelid, is-sess, id-data tal-magħmudija, l-informazzjoni fejn jistaʼ jiġi kkuntattjat, jew l-informazzjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa spiritwali, l-attività tal-ministeru tal-għalqa, jew kwalunkwe rwol fost ix-Xhieda taʼ Ġeħova. Din id-data tinkludi informazzjoni li tistaʼ turi t-twemmin tal-pubblikatur u tistaʼ tinkludi wkoll data persunali oħra li tkun sensittiva. L-użu taʼ data persunali jistaʼ jfisser il-ġbir, l-irrekordjar, l-organizzar, l-irranġar, u li tinżamm din id-data, kif ukoll xi affarijiet simili li jkunu saru fuq din id-data.
Il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data għal dan il-pajjiż hi:
Data Protection Act (DSG) & General Data Protection Regulation (EU) 2016/679.
Taħt din il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, il-pubblikaturi jagħtu l-kunsens tagħhom għall-użu tad-data persunali tagħhom mix-Xhieda taʼ Ġeħova għal skopijiet reliġjużi, inkluż dawn li ġejjin:
li jipparteċipaw fi kwalunkwe laqgħa taʼ kongregazzjoni lokali tax-Xhieda taʼ Ġeħova u fi kwalunkwe attività jew proġett b’mod volontarju;
li jagħżlu li jipparteċipaw f’laqgħa, f’assemblea, jew f’konvenzjoni li tkun rekordjata u mxandra għall-benefiċċju spiritwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja;
li jieħdu ħsieb kwalunkwe inkarigu jew iwettqu kwalunkwe rwol ieħor f’kongregazzjoni, li jinkludi li l-isem tal-pubblikatur u l-inkarigu jiġu mwaħħlin maʼ notice board f’Sala tas-Saltna tax-Xhieda taʼ Ġeħova;
li jinżammu l-Congregation’s Publisher Record kards;
li l-anzjani tax-Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu żjajjar pastorali u jieħdu ħsieb il-pubblikaturi (Atti 20:28; Ġakbu 5:14, 15);
li titniżżel l-informazzjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati biex tintuża f’każ taʼ emerġenza.
Data persunali tinżamm għal perjodu taʼ żmien mhux speċifikat sakemm dawn l-iskopijiet imniżżlin hawn fuq jew skopijiet leġittimi oħrajn japplikaw. Jekk pubblikatur jagħżel li ma jiffirmax il-formola Avviż u kunsens għall-użu taʼ data persunali, ix-Xhieda taʼ Ġeħova għandhom mnejn ma jkunux jistgħu jevalwaw jekk ikunx xieraq li l-pubblikatur iwettaq ċerti rwoli fil-kongregazzjoni jew jipparteċipa f’ċerti attivitajiet reliġjużi.
Id-data persunali tistaʼ tintbagħat, meta jkun neċessarju u xieraq, lil kwalunkwe organizzazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Il-pubblikaturi jifhmu li xi organizzazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova jistgħu jkunu f’pajjiżi fejn il-liġijiet jipprovdu livelli differenti tal-protezzjoni tad-data, li mhux dejjem ikunu ekwivalenti għal-livelli tal-protezzjoni tad-data tal-pajjiż minn fejn intbagħtet l-informazzjoni. Minkejja dan, il-pubblikaturi jifhmu li kull min jirċievi d-data persunali tagħhom, li jistaʼ jinkludi organizzazzjonijiet fil-kwartieri ġenerali tax-Xhieda taʼ Ġeħova fl-Istati Uniti, se juża din id-data fi qbil mal-Policy globali tal-protezzjoni tad-data tax-Xhieda taʼ Ġeħova biss.
Il-pubblikaturi għandhom id-dritt għall-aċċess taʼ, jitolbu li titħassar jew jillimitaw l-ipproċessar taʼ, u biex jikkoreġu kwalunkwe ineżattezza dwar id-data persunali li tkun għand ix-Xhieda taʼ Ġeħova. Il-pubblikaturi jistgħu jikkanċellaw fi kwalunkwe ħin il-kunsens tagħhom fejn jidħol l-użu tad-data persunali tagħhom fil-futur. Jekk pubblikatur ineħħi l-kunsens tiegħu għall-użu tad-data persunali, ix-Xhieda taʼ Ġeħova għandhom mnejn ikunu intitolati li jkomplu jużaw xi data persunali mingħajr dan il-kunsens, skont l-iskopijiet reliġjużi leġittimi taʼ li tinżamm u tiġi mmaniġġjata informazzjoni tal-membership mad-dinja kollha tax-Xhieda taʼ Ġeħova jew fuq xi bażi fi qbil mal-liġi pprovduta fil-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. Il-pubblikaturi huma konxji tal-fatt li għandhom id-dritt li jagħmlu lment mal-Awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data tal-pajjiż fejn ikunu joqogħdu.
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova adottaw diversi prekawzjonijiet prattiċi u tekniċi, fi qbil mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data, biex jipproteġu data persunali. Il-pubblikaturi jifhmu li d-data persunali tagħhom se tkun aċċessata biss minn numru limitat taʼ persuni awtorizzati biex iwettqu l-iskopijiet t’hawn fuq.
Kwalunkwe mistoqsija tistaʼ tintbagħat permezz taʼ e-mail lill-uffiċjal inkarigat tal-protezzjoni tad-data fuq:
DataProtectionOfficer.AT@jw.org.
Il-pubblikaturi jafu li l-identità taʼ u l-informazzjoni fejn jistaʼ jiġi kkuntattjat il-kontrollatur tad-data fil-pajjiż tagħhom, u fejn japplika, dawk tar-rappreżentant tiegħu u l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tiegħu, jistgħu jinstabu fil-paġna bl-isem Kuntatti tal-protezzjoni tad-data fuq jw.org.
Jistaʼ jkun li l-prattiki tagħna tad-data jinbidlu minn żmien għal żmien minħabba bidliet fl-attivitajiet tar-reliġjon tagħna, fil-liġi, jew fit-teknoloġija. Jekk qatt ikun hemm bżonn li tinbidel din il-paġna bl-isem Użu taʼ data persunali, aħna nitfgħu dawn il-bidliet fuq din il-paġna sabiex il-pubblikaturi jkunu dejjem konxji taʼ liema informazzjoni niġbru u kif nużawha. Jekk jogħġbok iċċekkja minn żmien għal żmien għal xi bidliet fuq din il-paġna.