Mur fil-kontenut

Użu taʼ Data Persunali—Ir-Repubblika Ċeka

Użu taʼ Data Persunali—Ir-Repubblika Ċeka

Din in-notifika dwar il-privatezza tad-data tispjega għaliex u kif ix-Xhieda taʼ Ġeħova jiġbru u jużaw id-data personali tal-pubblikaturi, u tiddeskrivi d-drittijiet li għandhom il-pubblikaturi għad-data personali tagħhom. Referenzi f’din in-notifika għal “int” jew “tiegħek” huma referenzi għal individwi li huma pubblikaturi a mhux mgħammdin jew mgħammdin f’kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova u li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata mix-Xhieda taʼ Ġeħova b’rabta mal-manteniment u l-amministrazzjoni tar-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova joperaw globalment. F’din in-notifika, “Organizzazzjoni Reliġjuża,” “tagħna,” “aħna,” jew “magħna” tirreferi għall-organizzazzjoni reliġjuża globali tax-Xhieda taʼ Ġeħova jew tirreferi għal waħda jew aktar mill-entitajiet użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Dawn l-entitajiet jinkludu l-kongregazzjoni lokali, l-uffiċċju tal-fergħa lokali, u entitajiet oħra użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Waħda jew aktar minn dawn l-entitajiet huma l-kontrollur tad-data personali tiegħek, skont in-natura tal-interazzjoni tiegħek magħna. The Religious Society of Jehovah’s Witnesses hu l-kontrollur tad-data għall-pubblikaturi fil-kongregazzjonijiet fir-Repubblika Ċeka.

Kif imfisser fil-ktieb Organizzati biex nagħmlu r-rieda taʼ Ġeħova, aħna niġbru data personali direttament mingħandek, minn sorsi disponibbli pubblikament, jew minn oħrajn meta ssir pubblikatur sabiex tkun tistaʼ tipparteċipa f’attivitajiet reliġjużi b’rabta mal-qima tiegħek u sabiex tirċievi appoġġ spiritwali.—1 Pietru 5:2.

Jekk għandek xi mistoqsijiet rigward l-użu tad-data personali tiegħek jew jekk tixtieq tikkuntattja lill-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data tiegħek, jekk jogħġbok ibgħat email lill-indirizz li ġej:

DataProtectionOfficer.CZ@jw.org

Se ssib aktar informazzjoni dwar l-użu tad-data personali tiegħek hawn taħt.

Id-data personali li niġbru dwarek

Inti tipprovdi volontarjament il-maġġoranza tad-data personali li niġbru u nużaw biex inżommu u namministraw ir-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Minħabba dan, ġeneralment issib li d-data personali li niġbru u nużaw hija ovvja. Din id-data tinkludi dawn li ġejjin:

  • Data bażika, bħal ismek, data tat-twelid, u sess

  • Data taʼ kuntatt, bħal indirizz postali, indirizz elettroniku, numri tat-telefown, u informazzjoni taʼ kuntatt taʼ emerġenza tiegħek

  • Data spiritwali, bħal data tal-magħmudija tiegħek, “midluk” jew “nagħaġ oħra,” kwalunkwe rwol jew inkarigu għandek fil-kongregazzjoni lokali jew fl-Organizzazzjoni Reliġjuża, l-attività tiegħek fil-ministeru tal-għalqa, l-istatus spiritwali tiegħek u kwalunkwe data assoċjata maʼ dak l-istatus, u informazzjoni oħra simili relatata mal-benesseri spiritwali tiegħek.

Id-data personali li niġbru dwarek tistaʼ tinkludi wkoll kategoriji speċjali taʼ data personali (data taʼ kategorija speċjali). Kategoriji speċjali jinkludu oriġini etnika u twemmin reliġjuż, fost oħrajn.

Skopijiet u bażijiet legali għaliex nużaw id-data personali tiegħek

Il-policy tagħna hija li niġbru biss id-data personali meħtieġa għall-iskopijiet tagħna u li nipproċessawha legalment fuq bażi legali valida.

Meta ssir pubblikatur, niġbru u nużaw id-data personali tiegħek legalment skont l-interess leġittimu tagħna biex inżommu u namministraw ir-reliġjon tax-Xhieda taʼ Ġeħova sabiex tkun tistaʼ tipparteċipa f’attivitajiet reliġjużi konnessi mal-qima tiegħek u tirċievi appoġġ spiritwali. Meta d-data li nipproċessaw tiżvela kwalunkwe kategoriji speċjali taʼ data personali, bħal twemmin reliġjuż tiegħek, nipproċessaw id-data b’salvagwardji xierqa u ma nirrivelawhiex mingħajr il-kunsens tiegħek barra mill-Organizzazzjoni Reliġjuża. Aħna nqisu u nibbilanċjaw kwalunkwe impatt potenzjali fuqek u d-drittijiet tiegħek qabel ma nipproċessaw id-data personali tiegħek għall-interessi leġittimi tagħna.

Nistgħu wkoll nużaw id-data personali tiegħek biex nikkonformaw ma’ obbligu legali. Fil-każ taʼ emerġenza, nistgħu nużaw bħala bażi l-interessi vitali tiegħek jew taʼ persuna oħra biex nipproċessaw id-data personali.

Ġeneralment, ma nipproċessawx id-data personali bbażata fuq il-kunsens, peress li normalment nistgħu nistrieħu fuq bażi legali oħra. Madankollu, nistrieħu fuq il-kunsens meta tkun ipprovdejt il-kunsens espliċitu tiegħek għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Jekk jogħġbok innota li d-data tal-minuri tiġi pproċessata bil-kunsens tal-ġenitur jew il-gwardjan legali.

It-tabella hawn taħt tiddeskrivi l-modi kif nużaw id-data personali tiegħek u l-bażijiet legali li nistrieħu fuqhom. Jekk għandek bżonn dettalji addizzjonali, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data billi tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt hawn fuq.

Skop u/jew attività

Tip taʼ data

Bażi legali għall-ipproċessar

Żamma tad-Data

  • Żamma tar-Rekords tal-Pubblikaturi tal-Kongregazzjoni (rekords ekkleżjastiċi)

  • Data bażika

  • Data spiritwali

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: iż-żamma u l-amministrazzjoni tar-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Pubblikaturi attivi: Is-sena tas-servizz preżenti u dik preċedenti

  • Pubblikaturi inattivi: L-aħħar sena tas-servizz attiva

  • Mhux miżmuma għal individwi li m’għadhomx Xhieda taʼ Ġeħova

  • Nota: is-sena tas-servizz tmur minn Settembru sa Awwissu

  • Parteċipazzjoni f’laqgħat, attivitajiet bħala volontier, jew proġetti tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Data bażika

  • Għal xi attivitajiet jew proġetti: Data taʼ kuntatt u ammont limitat taʼ data spiritwali

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: iż-żamma u l-amministrazzjoni tal-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Mhux miżmuma għall-parteċipazzjoni f’laqgħat

  • Miżmuma sakemm ikun meħtieġ għall-parteċipazzjoni tiegħek fl-attività bħala voluntier jew proġett

  • Twettiq taʼ inkarigu jew rwol f’kongregazzjoni; dan jistaʼ jinkludi l-qsim tal-isem tiegħek, l-inkarigu, jew ir-rwol tiegħek maʼ oħrajn fil-kongregazzjoni lokali, jew f’xi każijiet limitati fl-Organizzazzjoni Reliġjuża, fuq bord taʼ informazzjoni, jew b’mezzi elettroniċi konformi mal-protezzjoni tad-data

  • Data bażika

  • Ammont limitat taʼ data spiritwali: rwol jew inkarigu fil-kongregazzjoni lokali jew fi ħdan ix-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: iż-żamma u l-amministrazzjoni tal-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • L-iskedi tal-laqgħat tal-kongregazzjoni jinżammu sakemm jiġu sostitwiti b’skeda ġdida

  • Il-kongregazzjoni żżomm l-informazzjoni kurrenti għall-inkarigu tal-grupp tas-servizz tal-għalqa

  • Sakemm ikun meħtieġ ibbażat fuq l-iskopijiet u l-inkarigu jew rwol

  • Kura spiritwali u x-xogħol tal-anzjani tax-Xhieda taʼ Ġeħova bħala ragħajja

  • Data bażika

  • Data taʼ kuntatt

  • Data spiritwali

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: iż-żamma u l-amministrazzjoni tar-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova (Atti 20:28; Ġakbu 5:14, 15)

  • Ittri taʼ introduzzjoni miżmuma skont il-policy lokali taʼ żamma tar-rekords.

  • Sakemm ikun meħtieġ għall-iskopijiet

  • Ipproċessar taʼ informazzjoni taʼ kuntatt taʼ emerġenza

  • Data bażika

  • Data taʼ kuntatt

  • L-interess vitali tal-pubblikatur. Il-pubblikatur jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-kuntatt taʼ emerġenza tagħhom.

  • Sakemm il-pubblikatur jibqaʼ fil-kongregazzjoni

  • Kwalunkwe attività oħra li nqisu meħtieġa biex inżommu u namministraw ir-reliġjon jew l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova jew kif meħtieġ bil-liġi. (F’dawn il-każijiet, tirċievi notifika dovuta qabel ma tiġi pproċessata d-data tiegħek)

  • Data bażika

  • Data taʼ kuntatt

  • Data spiritwali

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: iż-żamma u l-amministrazzjoni tar-reliġjon jew l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova; jew

  • Obbligu legali; jew

  • Kunsens

  • Sakemm ikun meħtieġ għall-iskopijiet, jew kif meħtieġ bil-liġi

Żamma tad-Data

Aħna nżommu d-data personali biss sakemm tkun meħtieġa għall-iskopijiet deskritti fis-sezzjoni “Skopijiet u bażijiet legali għaliex nużaw id-data personali tiegħek” hawn fuq.

Biex niddeterminaw il-perjodu taʼ żamma xieraq għad-data personali, aħna nqisu r-rekwiżiti legali applikabbli u l-ammont, in-natura, u s-sensittività tad-data personali; ir-riskju potenzjali taʼ ħsara minn użu mhux awtorizzat jew żvelar tad-data personali tiegħek; l-iskopijiet li għalihom nipproċessaw id-data personali tiegħek, u jekk nistgħux niksbu dawk l-iskopijiet permezz taʼ mezzi oħra.

Globalment, il-perjodi taʼ żamma tad-data jistgħu jvarjaw f’pajjiżi jew ġurisdizzjonijiet differenti u huma stabbiliti skont ir-rekwiżiti lokali legali u regolatorji taʼ żamma tad-data. Id-data personali tistaʼ wkoll tinżamm għal perjodi itwal jekk perjodi taʼ żamma estiżi jkunu meħtieġa bil-liġi jew regolament u sabiex nistabbilixxu, neżerċitaw, jew niddefendu d-drittijiet legali tagħna.

F’xi ċirkostanzi nistgħu nanonimizzaw id-data personali tiegħek (sabiex ma tkunx tistaʼ tiġi assoċjata miegħek) għal skopijiet taʼ riċerka jew statistika. F’dak il-każ, nistgħu nużaw din l-informazzjoni indefinittivament mingħajr avviż ulterjuri lilek.

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-perjodi taʼ żamma li napplikaw għad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data billi tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt hawn fuq.

Trasferimenti taʼ data personali

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova joperaw globalment. Dan jirrikjedi li niċċentralizzaw xi operazzjonijiet, bħal servizzi taʼ teknoloġija tal-informazzjoni pprovduti lil entitajiet. Xi informazzjoni se tkun aċċessata minn diversi entitajiet użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova meta jkun meħtieġ b’rabta mal-iskopijiet deskritti f’din in-notifika u kif imfisser fil-Organizzati biex nagħmlu r-rieda taʼ Ġeħova. Pereżempju, meta tagħżel li tmur f’kongregazzjoni differenti, id-data personali tiegħek (data bażika, taʼ kuntatt, u spiritwali) tiġi trasferita għall-kongregazzjoni l-ġdida tiegħek. F’xi każijiet, l-uffiċċju tal-fergħa lokali tax-Xhieda taʼ Ġeħova jistaʼ jipproċessa d-data personali tiegħek sabiex tkun tistaʼ tkompli tipparteċipa bis-sħiħ fl-attivitajiet reliġjużi fil-kongregazzjoni l-ġdida tiegħek u sabiex inżommu r-rekords ekkleżjastiċi tagħna aġġornati. Dan jistaʼ jinkludi trasferimenti lejn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea (EU)/Żona Ekonomika Ewropea (EEA) u lejn pajjiżi li m’għandhomx liġijiet li jipprovdu protezzjoni speċifika għall-informazzjoni personali.

Aħna nieħdu prekawzjonijiet taʼ sigurtà u legali xierqa biex niżguraw is-sigurtà u l-integrità tad-data personali li tiġi trasferita fi ħdan l-Organizzazzjoni Reliġjuża. Meta niġbru d-data personali tiegħek fi ħdan l-EU/EEA, trasferimenti barra l-EU/EEA se jkunu biss:

  • lil riċevitur li jinsab f’pajjiż li jipprovdi livell adegwat taʼ protezzjoni għad-data personali tiegħek; u/jew

  • taħt ftehim li jissodisfa r-rekwiżiti tal-EU għat-trasferiment taʼ data personali lil proċessuri tad-data jew kontrolluri tad-data barra l-EU/EEA, bħal klawsoli kuntrattwali standard approvati mill-Kummissjoni Ewropea; u/jew

  • bil-kunsens tiegħek.

Sigurtà tad-Data

Aħna nipproteġu l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-informazzjoni li niksbu matul l-attivitajiet tagħna. L-aċċess għal din l-informazzjoni huwa limitat, u hemm policy u proċeduri fis-seħħ li huma mfassla biex jipproteġu l-informazzjoni mit-telf, l-użu ħażin, u ż-żvelar mhux xieraq.

Aħna nimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex niżguraw livell taʼ sigurtà xieraq għar-riskju tal-ipproċessar filwaqt li nqisu l-istat tal-arti; l-ispejjeż tal-implimentazzjoni; in-natura, l-ambitu, il-kuntest, u l-iskopijiet tal-ipproċessar; u r-riskju taʼ probabbiltà u severità varjabbli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni naturali. Dawn il-miżuri jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin:

  • kontroll tal-aċċess, kunfidenzjalità, u integrità;

  • sigurtà tal-komunikazzjonijiet u l-operazzjonijiet;

  • il-psewdonimizzazzjoni, l-anonimizzazzjoni, u l-kriptazzjoni tad-data personali;

  • valutazzjoni u evakwazzjoni tal-effettività tal-miżuri tekniċi u organizzattivi biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ipproċessar.

Aħna niżguraw li dawk li għandhom aċċess permanenti jew regolari għad-data personali jew li huma involuti fl-ipproċessar tad-data personali jkunu mħarrġa u infurmati dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.

Żvelar taʼ data personali

Aħna nistgħu naqsmu d-data personali tiegħek fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

  • jekk dan ikun xieraq għall-iskopijiet deskritti fis-sezzjoni “Skopijiet u bażijiet legali għaliex nużaw id-data personali tiegħek.”‏ Dan jinkludi fi ħdan l-Organizzazzjoni Reliġjuża;

  • jekk meħtieġ mil-liġi applikabbli;

  • jekk nemmnu li tali żvelar huwa xieraq biex nipproteġu u niddefendu d-drittijiet, il-proprjetà, jew is-sigurtà tagħna;

  • jekk ikun meħtieġ biex nikkonformaw ma’ proċedura ġudizzjarja, ordni tal-qorti, jew obbligu legali ieħor, jew inkjesta regolatorja jew governattiva; jew

  • jekk ikollna l-kunsens tiegħek.

Riċevituri taʼ partijiet terzi taʼ data personali jinkludu dawn li ġejjin:

  • Korpi regolatorji

  • Il-qrati, il-pulizija, u l-aġenziji tal-inforzar tal-liġi

  • Fornituri taʼ servizzi jew appoġġ

Id-drittijiet legali tiegħek fir-rigward tad-data personali

Tistaʼ jkollok ċerti drittijiet taħt il-liġi lokali tiegħek fir-rigward tal-informazzjoni personali li nżommu dwarek. Dawn jistgħu jinkludu d-drittijiet li ġejjin:

  • Id-dritt li tkun infurmat dwar kif tintuża d-data personali tiegħek. Għandek id-dritt li tkun infurmat dwar kif se nużaw u naqsmu d-data personali tiegħek.

  • Id-dritt li taċċessa d-data personali. Għandek id-dritt li tikseb konferma jekk aħna qed nipproċessaw id-data personali tiegħek u d-dritt li taċċessa d-data personali tiegħek.

  • Id-dritt li d-data personali mhux eżatta tiġi rrettifikata. Għandek id-dritt li kwalunkwe data personali mhux eżatta jew mhux kompluta tiġi rrettifikata, pereżempju, jekk tbiddel l-informazzjoni taʼ kuntatt tiegħek.

  • Id-dritt li d-data personali tiġi mħassra f’ċerti ċirkostanzi. Dan huwa magħruf ukoll bħala “id-dritt li tkun minsija.” Dan mhux dritt assolut li jeħtieġ li d-data personali kollha tiġi mħassra. Aħna se nivvalutaw kull talba bir-reqqa skont il-liġijiet applikabbli.

  • Id-dritt li tirtira l-kunsens. Jekk nipproċessaw id-data personali bbażata fuq il-kunsens, għandek id-dritt li tirtira l-kunsens fi kwalunkwe ħin. Ġeneralment, ma nipproċessawx id-data personali bbażata fuq il-kunsens, peress li normalment nistrieħu fuq bażi legali oħra.

  • Id-dritt li tirrestrinġi l-ipproċessar tad-data personali f’ċerti ċirkostanzi. Dan id-dritt jinqalaʼ jekk qed tikkontesta l-eżattezza tad-data personali, jekk qajmet oġġezzjoni għall-ipproċessar, jekk l-ipproċessar tad-data personali huwa illegali u toġġezzjona għall-kanċellazzjoni u titlob restrizzjoni minflok, jew jekk id-data personali m’għadhiex meħtieġa minna iżda teħtieġ li d-data personali tinżamm biex tistabbilixxi, teżerċita, jew tiddefendi talba legali.

  • Id-dritt għall-portabbiltà tad-data. Id-dritt għall-portabbiltà tad-data japplika biss jekk l-ipproċessar huwa bbażat fuq il-kunsens tiegħek jew jekk id-data personali trid tiġi pproċessata għall-prestazzjoni taʼ kuntratt u l-ipproċessar isir b’mezzi awtomatizzati.

  • Id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali f’ċerti ċirkostanzi. Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tagħna jekk qed nipproċessaw id-data personali tiegħek bbażata fuq interessi leġittimi.

Tistaʼ teżerċita kwalunkwe mid-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data billi tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt hawn fuq.

Nistgħu jkollna bżonn nitolbu informazzjoni speċifika mingħandek biex nikkonfermaw l-identità tiegħek u niżguraw id-dritt tiegħek li taċċessa d-data personali tiegħek (jew biex teżerċita kwalunkwe mid-drittijiet l-oħra tiegħek). Dan huwa miżura taʼ sigurtà biex niżguraw li d-data personali ma tiġix żvelata lil xi persuna li m’għandhiex id-dritt li tirċiviha. Nistgħu wkoll nikkuntattjawk biex nitolbu aktar informazzjoni fir-rigward tat-talba tiegħek biex inħaffu r-respons tagħna.

Jekk inti mħasseb dwar ksur allegat tal-liġi tal-protezzjoni tad-data jew regolament ieħor mix-Xhieda taʼ Ġeħova, tistaʼ tikkuntattja lill-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data billi tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt hawn fuq. L-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data se jinvestiga l-inkjesta tiegħek u jinformak dwar kif se tiġi trattata. Għandek ukoll id-dritt li tilmenta mal-awtorità tal-protezzjoni tad-data responsabbli għall-inforzar tal-liġi tal-protezzjoni tad-data fil-pajjiż fejn tgħix, jew fil-post fejn seħħ l-allegat ksur, jew tirreferi l-kwistjoni lil qorti taʼ ġurisdizzjoni kompetenti.

Bidliet f’din in-notifika

Il-prattiki tad-data tax-Xhieda taʼ Ġeħova jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien minħabba bidliet fl-attivitajiet reliġjużi, il-liġi, jew in-natura tat-teknoloġija. Jekk ikun hemm bżonn taʼ bidliet f’din il-paġna dwar l-Użu tad-Data Personali, dawk il-bidliet se jiġu ppubblikati fuq din il-paġna sabiex il-pubblikaturi jkunu dejjem konxji taʼ liema informazzjoni tiġi miġbura u kif tintuża. Jekk jogħġbok iċċekkja lura perjodikament għal bidliet f’din il-paġna.

a Pubblikaturi huma individwi li jippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla f’assoċjazzjoni ma’ kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova.