Mur fil-kontenut

Użu taʼ Data Personali—L-Ungerija

Użu taʼ Data Personali—L-Ungerija

Dan l-avviż taʼ privatezza tad-data jispjega għala u kif ix-Xhieda taʼ Ġeħova jiġbru u jużaw id-data personali tal-pubblikaturi, u jiddeskrivi d-drittijiet li għandhom il-pubblikaturi għad-data personali tagħhom. F’dan l-avviż, ir-referenzi għal “int” jew “tiegħek” jirreferu għal individwi li huma pubblikaturi a mhux mgħammdin jew mgħammdin f’kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova u li d-data personali tagħhom tiġi proċessata mix-Xhieda taʼ Ġeħova b’konnessjoni maʼ li tinżamm u jiġu amministrati r-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu x-xogħol tagħhom madwar id-dinja kollha. F’dan l-avviż, “Organizzazzjoni Reliġjuża,” “tagħna,” “aħna,” jew “magħna” tirreferi għall-organizzazzjoni reliġjuża tax-Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja—jew tirreferi għal waħda jew iktar minn waħda mill-entitajiet użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Dawn l-entitajiet jinkludu l-kongregazzjoni lokali, l-uffiċċju tal-fergħa lokali, u entitajiet oħra użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Waħda jew iktar minn waħda minn dawn l-entitajiet huwa l-kontrollur tad-data personali tiegħek, skont ir-raġuni għala qed tikkomunika magħna. The Church of Jehovah’s Witnesses in Hungary huwa l-kontrollur tad-data għall-pubblikaturi fil-kongregazzjonijiet fl-Ungerija.

Bħalma hu mniżżel fil-ktieb Organizzati biex nagħmlu r-rieda taʼ Ġeħova, b aħna niġbru d-data personali li int stess tagħtina u d-data spiritwali, bħalma hu spjegat hawn taħt, li dwarha l-anzjani tal-kongregazzjoni tiegħek jieħdu nota tagħha meta ssir pubblikatur sabiex b’hekk tkun tistaʼ tieħu sehem f’attivitajiet reliġjużi tal-qima tiegħek u biex tkun tistaʼ tirċievi appoġġ spiritwali.—1 Pietru 5:2.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-użu tad-data personali tiegħek jew tixtieq tikkuntattja lill-uffiċjal lokali tiegħek tal-protezzjoni tad-data, jekk jogħġbok ibgħat email fl-indirizz li ġej:

DataProtectionOfficer.HU@jw.org.

Hawn taħt għandek issib iktar informazzjoni dwar l-użu tad-data personali tiegħek.

Id-data personali li niġbru dwarek

Id-data personali li niġbru u nużaw biex tinżamm u biex jiġu amministrati r-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi c tax-Xhieda taʼ Ġeħova tinkludi dan li ġej:

  • Data bażika: ismek, id-data tat-twelid, u l-ġeneru

  • Data taʼ kuntatt: l-indirizz postali tiegħek, l-indirizz tal-email, numri tat-telefown, u l-informazzjoni taʼ kuntatt f’emerġenza

  • Data spiritwali: id-data tal-magħmudija tiegħek, “midlukin” jew “nagħaġ oħra,” kwalunkwe rwol jew inkarigu li għandek fil-kongregazzjoni lokali jew fl-Organizzazzjoni Reliġjuża, l-attività tiegħek fil-ministeru tal-għalqa, l-istat spiritwali tiegħek u kwalunkwe dati li għandhom x’jaqsmu maʼ dak l-istat, u informazzjoni simili oħra dwar is-saħħa spiritwali tiegħek.

Id-data personali li niġbru dwarek tistaʼ tinkludi wkoll kategoriji speċjali taʼ data personali (data taʼ kategorija speċjali). Il-kategoriji speċjali jinkludu l-oriġini etnika u t-twemmin reliġjuż.

Skopijiet u bażijiet legali li minħabba fihom nużaw id-data personali tiegħek

Il-proċedura tagħna hi li niġbru d-data personali biss li hi neċessarja għall-iskopijiet tagħna u li nipproċessawha legalment fuq bażi legali u valida.

Meta ssir pubblikatur, aħna niġbru u nużaw legalment id-data personali tiegħek fi qbil mal-interess leġittimu tagħna f’li aħna nżommu u namministraw ir-reliġjon tax-Xhieda taʼ Ġeħova sabiex b’hekk int tkun tistaʼ tipparteċipa f’attivitajiet reliġjużi b’konnessjoni mal-qima tiegħek u tirċievi appoġġ spiritwali. Meta d-data li nipproċessaw turi xi kategoriji speċjali taʼ data personali, bħat-twemmin reliġjuż tiegħek, aħna nipproċessaw id-data b’miżuri taʼ protezzjoni xierqa u mingħajr il-kunsens tiegħek ma nagħtuha lil ħadd li mhuwiex fl-Organizzazzjoni Reliġjuża. Aħna nikkunsidraw u nibbilanċjaw kwalunkwe impatt li jistaʼ jkun hemm fuqek u fuq id-drittijiet tiegħek qabel nipproċessaw id-data personali tiegħek għall-interessi leġittimi tagħna.

Aħna nistgħu wkoll nużaw id-data personali tiegħek biex nimxu skont xi obbligazzjoni legali. F’każ t’emerġenza, aħna għandna mnejn nafdaw l-interessi vitali tiegħek jew dawk taʼ persuna oħra biex nipproċessaw data personali.

Ġeneralment, aħna ma nipproċessawx data personali mogħtija b’kunsens, ladarba normalment nistgħu nistrieħu fuq bażi legali oħra. Madankollu, aħna niddependu mill-kunsens meta tkun tajt il-kunsens espliċitu tiegħek sabiex nipproċessaw id-data personali tiegħek. Jekk jogħġbok innota li d-data tal-minuri tiġi proċessata bil-kunsens tal-ġenitur jew xi ħadd li jieħu ħsieb it-tfal legalment.

Il-lista li ġejja tiddeskrivi l-modi kif nużaw id-data personali tiegħek u l-bażijiet legali li nistrieħu fuqhom. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data billi tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt t’hawn fuq jekk ikollok bżonn iktar dettalji.

Skop u/jew attività

Tip taʼ data

Bażi legali għall-ipproċessar

Żamma taʼ data personali

  • Żamma tal-Congregation’s Publisher Records (rekords reliġjużi)

  • Data bażika

  • Data spiritwali

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: li wieħed iżomm u jamministra r-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Pubblikaturi attivi: Sena taʼ servizz preżenti u taʼ qabilha (mhux iżjed minn 24 xahar)

  • Pubblikaturi inattivi: L-aħħar sena taʼ servizz attiva (mhux iżjed minn 12-il xahar)

  • Ma jinżammux rekords taʼ individwi li m’għadhomx Xhieda taʼ Ġeħova

  • Nota: sena taʼ servizz tibda minn Settembru u tispiċċa f’Awwissu

  • Parteċipazzjoni fil-laqgħat, f’attivitajiet taʼ volontier, jew fi proġetti tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Data bażika

  • Għal xi attivitajiet jew proġetti data taʼ kuntatt u ammont limitat taʼ data spiritwali

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: li wieħed iżomm u jamministra l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Ma jinżammux rekords għall-parteċipazzjoni fil-laqgħat

  • Jinżammu sakemm il-pubblikatur jipparteċipa fl-attività jew proġett b’mod volontarju

  • Li twettaq inkarigu jew irwol f’kongregazzjoni: dan jistaʼ jinkludi li oħrajn fil-kongregazzjoni lokali jkunu jafu l-isem, l-inkarigu, jew l-irwol, jew f’xi każi limitati fl-Organizzazzjoni Reliġjuża, fuq information board, jew b’mezz elettroniku li jservi biex jipproteġi d-data

  • Data bażika

  • Ammont limitat taʼ data spiritwali: irwol jew inkarigu fil-kongregazzjoni lokali jew max-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: li wieħed iżomm u jamministra l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • L-iskedi tal-laqgħat tal-kongregazzjoni jinżammu sakemm tieħu posthom skeda ġdida kull xahar

  • Il-kongregazzjoni żżomm l-informazzjoni kurrenti għall-irwoli u inkarigi tal-pubblikaturi sakemm il-pubblikatur ikompli f’dak l-irwol jew inkarigu partikolari

  • Ħarsien spiritwali u żjajjar minn anzjani tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Data bażika

  • Data taʼ kuntatt

  • Data spiritwali

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: li wieħed iżomm u jamministra r-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova (Atti 20:28; Ġakbu 5:14, 15)

  • Ittri taʼ introduzzjoni: jiġu meqrudin wara li jintbagħtu fil-kongregazzjoni li bagħtithom, u jinżammu għal sena wara li jaslu għand il-kongregazzjoni li tkun se tirċivihom

  • Sakemm il-pubblikatur jibqaʼ fil-kongregazzjoni

  • Proċessar taʼ informazzjoni taʼ kuntatt f’emerġenza

  • Data bażika

  • Data taʼ kuntatt

  • L-interess vitali tal-pubblikatur: Il-pubblikatur jagħti l-informazzjoni neċessarja lill-kuntatt taʼ emerġenza tiegħu

  • Sakemm il-pubblikatur jibqaʼ fil-kongregazzjoni

Żamma taʼ data personali

Aħna nżommu d-data personali biss sakemm huwa deskritt fis-sezzjoni “Skopijiet u bażijiet legali li minħabba fihom nużaw id-data personali tiegħek” hawn fuq.

Sabiex niddeterminaw kemm indumu nżommu d-data personali b’mod xieraq, aħna nikkunsidraw il-ħtiġijiet legali li japplikaw u l-ammont, in-natura, u s-sensittività tad-data personali; xi riskju taʼ ħsara li jistaʼ jkun hemm minn xi ħadd mhux awtorizzat li jużaha jew li tingħata d-data personali tiegħek; l-iskopijiet li minħabba fihom nipproċessaw id-data personali tiegħek, u jekk nistgħux nilħqu dawk l-iskopijiet permezz taʼ mezzi oħra.

Globalment, il-perjodi taʼ żmien kemm iddum tinżamm id-data personali jistgħu jvarjaw minn pajjiż jew ġurisdizzjoni għal oħra u jkunu ssettjati fi qbil mal-ħtiġijiet taż-żamma legali u regolatorja lokali. Id-data personali tistaʼ wkoll tinżamm għal perjodi itwal jekk dawn jintalbu mil-liġi jew regolament u biex nistabbilixxu, neżerċitaw, jew niddefendu d-drittijiet legali tagħna.

F’xi ċirkustanzi nistgħu nagħmlu d-data personali tiegħek anonima (biex ma tkunx tistaʼ tirreferi għalik iżjed) għal skopijiet taʼ riċerka jew statistika. F’dan il-każ, għandu mnejn li dejjem nużaw din l-informazzjoni mingħajr ma navżawk iżjed.

Jekk trid tkun taf iktar dwar il-perjodi taʼ żamma li napplikaw għad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data billi tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt t’hawn fuq.

Trasferimenti taʼ data personali

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu x-xogħol tagħhom madwar id-dinja kollha u dan jirrikjedi li niċċentralizzaw xi affarijiet billi nipprovdu servizzi taʼ teknoloġija taʼ informazzjoni lil entitajiet użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova, inkluż lil The Church of Jehovah’s Witnesses in Hungary. Speċifikament, entità legali użata mix-Xhieda taʼ Ġeħova fin-Netherlands tħaddem servers biex jagħmlu backup tas-servizzi tas-software lil The Church of Jehovah’s Witnesses in Hungary. Xi informazzjoni se tkun aċċessata minn entitajiet multipli użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova meta jkun meħtieġ b’konnessjoni mal-iskopijiet deskritti f’dan l-avviż. Pereżempju, meta tagħżel li tmur f’kongregazzjoni differenti, id-data personali tiegħek (data bażika, taʼ kuntatt, u spiritwali) tiġi trasferita lill-kongregazzjoni ġdida tiegħek. Jekk tmur f’kongregazzjoni differenti f’pajjiż ieħor, l-uffiċċju(i) tal-fergħa lokali tax-Xhieda taʼ Ġeħova jipproċessa d-data personali tiegħek biex int tkun tistaʼ tkompli tipparteċipa bis-sħiħ fl-attivitajiet reliġjużi fil-kongregazzjoni ġdida tiegħek u biex aħna nkunu nistgħu nżommu r-rekords reliġjużi tagħna aġġornati. Dan it-transfer jistaʼ jinkludi lil pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea (UE)/ Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u lil pajjiżi li m’għandhomx liġijiet li jipprovdu protezzjoni speċifika għal informazzjoni personali.

Aħna nieħdu prekawzjonijiet taʼ sigurtà u legali xierqa biex niżguraw li d-data personali li tiġi trasferita fl-Organizzazzjoni Reliġjuża tkun sigura u sħiħa. Meta niġbru d-data personali tiegħek fl-UE/ŻEE, it-trasferimenti barra mill-UE/ŻEE jkunu biss

  • lil riċevitur li joqgħod f’pajjiż li jipprovdi livell adegwat taʼ protezzjoni għad-data personali tiegħek; u/jew

  • skont ftehim li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-UE għat-trasferiment taʼ data personali lil data processors jew data controllers barra mill-UE/ŻEE, bħal standard contractual clauses approvati mill-Kummissjoni Ewropea; u/jew

  • bil-kunsens tiegħek.

Sigurtà tad-data

Aħna nipproteġu l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-informazzjoni li niksbu matul l-attivitajiet tagħna. L-aċċess għal informazzjoni bħal din hu limitat, u hemm regoli u proċeduri li huma mmirati biex jissalvagwardjaw l-informazzjoni jekk din tintilef, tiġi użata ħażin, u tingħata b’mod mhux xieraq.

Aħna nieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex niżguraw li għandna livell taʼ sigurtà li jkun xieraq għar-riskju tal-ipproċessar filwaqt li nikkunsidraw l-iktar teknoloġija avvanzata; l-ispejjeż tal-implimentazzjoni; in-natura, l-ispazju, il-kuntest, u l-għanijiet tal-ipproċessar; u r-riskju taʼ probabbiltà u severità li jvarjaw għad-drittijiet u l-libertajiet taʼ persuni fiżiċi. Dawn il-miżuri jinkludu, imma mhumiex limitati għal dan li ġej:

  • kontroll tal-aċċess, kunfidenzjalità, u integrità;

  • sigurtà tal-komunikazzjonijiet u proċeduri;

  • il-psewdonimizzazzjoni, l-anonimizzazzjoni, u l-iċċifrar tad-data personali;

  • l-assessjar u l-valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri tekniċi u organizzazzjonali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ipproċessar.

Aħna naċċertaw li dawk li għandhom aċċess permanenti jew regolari għal data personali jew li huma involuti fl-ipproċessar taʼ data personali jkunu mħarrġin u informati dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.

Żvelar taʼ data personali

Aħna għandna mnejn ikollna nagħtu d-data personali tiegħek lill-entitajiet u persuni mniżżlin hawn taħt għall-iskopijiet li għalihom ġbarna d-data personali, bħalma jidher fil-lista taħt is-sezzjoni “Skopijiet u bażijiet legali li minħabba fihom nużaw id-data personali tiegħek” hawn fuq.

  • Aħna se nagħtu d-data personali tiegħek lil awtorità regolatorja jew lil awtorità tal-inforzar tal-liġi:

    • Meta jkun meħtieġ minna li nagħtu dettalji bħal dawn b’liġi li tapplika jew b’ordni tal-qorti jew b’awtorità taʼ ġurisdizzjoni kompetenti; jew

    • meta żvelar bħal dan ikun meħtieġ biex jipproteġi u jiddefendi d-drittijiet, il-proprjetà, jew is-sigurtà tagħna.

  • Aħna nistgħu wkoll naqsmu d-data personali tiegħek maʼ fornituri tas-servizz li jipprovdu teknoloġija taʼ informazzjoni u servizzi tal-amministrazzjoni tas-sistema lilna.

  • Jekk titlobna nagħmlu dan, u allura jekk ikollna l-kunsens tiegħek, aħna nagħtu d-data personali tiegħek lil persuni jew entitajiet oħra bħalma jkun intqalilna.

Hu meħtieġ min-naħa tagħna li kwalunkwe persuna jew entità li lilha nagħtu data personali skont din is-Sezzjoni tirrispetta l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-data personali tiegħek u biex tittrattaha fi qbil maʼ liġijiet u regolamenti li japplikaw. Aħna ma nippermettux li riċevituri bħal dawn tad-data personali tiegħek jużawha għall-iskopijiet tagħhom, u nippermettulhom li jipproċessaw id-data personali tiegħek għal skopijiet speċifiċi biss u fi qbil mal-istruzzjonijiet tagħna.

Id-drittijiet legali tiegħek dwar id-data personali

Int jistaʼ jkollok ċerti drittijiet skont il-liġi lokali tiegħek fir-rigward tal-informazzjoni personali li għandna dwarek. Dawn jinkludu d-drittijiet li ġejjin:

  • Id-dritt li tiġi informat dwar kif qed tintuża d-data personali tiegħek. Int għandek id-dritt li tkun informat bil-mod kif se nużaw u naqsmu d-data personali tiegħek.

  • Id-dritt għall-aċċess tad-data personali. Int għandek id-dritt li tikseb konferma taʼ jekk aħniex nipproċessaw id-data personali tiegħek u d-dritt għall-aċċess tad-data personali tiegħek.

  • Id-dritt li tikkoreġi d-data personali li ma tkunx eżatta. Int għandek id-dritt li tikkoreġi kwalunkwe data personali li ma tkunx eżatta jew mhix kompluta, pereżempju, jekk tibdel l-informazzjoni taʼ kuntatt tiegħek.

  • Id-dritt li tħassar data personali f’ċerti ċirkustanzi. Dan hu magħruf ukoll bħala “d-dritt li tintesa.” Dan mhux xi dritt assolut li jirrikjedi li d-data personali kollha titħassar. Aħna se nevalwaw kull rikjesta sew fi qbil maʼ liġijiet li japplikaw.

  • Id-dritt li tneħħi l-kunsens. Jekk aħna nipproċessaw data personali bbażata fuq il-kunsens, int għandek id-dritt li tneħħi l-kunsens meta trid. Ġeneralment, ma nipproċessawx data personali bbażata fuq il-kunsens, ladarba normalment nistrieħu fuq bażi legali oħra.

  • Id-dritt li nillimitaw l-ipproċessar taʼ data personali f’ċerti ċirkustanzi. Id-dritt jitfaċċa jekk int tkun qed targumenta dwar l-eżattezza taʼ data personali, jekk qajjimt oġġezzjoni għall-ipproċessar, jekk l-ipproċessar taʼ data personali ma jkunx skont il-liġi u int topponi li titħassar u minflok titlob restrizzjoni, jew jekk id-data personali ma tkunx iktar meħtieġa minna imma int tkun trid li d-data personali tinżamm biex tistabbilixxi, teżerċita, jew tiddefendi claim legali.

  • Id-dritt taʼ portabilità taʼ data. Id-dritt taʼ portabilità taʼ data japplika biss jekk l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tiegħek jew jekk id-data personali tkun trid tiġi proċessata għal xi kuntratt u l-ipproċessar isir b’mezz awtomatizzat.

  • Id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar taʼ data personali. Int għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tagħna meta aħna nkunu qed nipproċessaw id-data personali tiegħek abbażi taʼ interessi leġittimi. Aħna ma nużawx id-data personali tiegħek għal skopijiet taʼ kummerċjalizzazzjoni diretta. Jekk toġġezzjona, aħna ma nibqgħux nipproċessaw id-data personali tiegħek, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet leġittimi konvinċenti sabiex inkomplu nipproċessawha li jirbħu fuq l-interessi, id-drittijiet, u l-libertajiet tal-persuna konċernata jew sakemm ikollna nipproċessawha sabiex nistabbilixxu, neżerċitaw, jew niddefendu claims legali.

Int tistaʼ teżerċita kwalunkwe dritt li għandek billi tikkuntattja lill-uffiċjal tad-data personali u tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt t’hawn fuq.

Jistaʼ jkun hemm bżonn li nitolbu informazzjoni speċifika mingħandek biex nikkonfermaw l-identità tiegħek u naċċertaw id-dritt tiegħek biex taċċessa d-data personali tiegħek (jew biex teżerċita kwalunkwe wieħed mid-drittijiet l-oħra tiegħek). Din hi miżura taʼ sigurtà biex naċċertaw li d-data personali ma tkunx żvelata lil kwalunkwe persuna li m’għandhiex id-dritt li tirċiviha. Nistgħu nikkuntattjawk ukoll biex nitolbuk iktar informazzjoni dwar ir-rikjesta tiegħek biex ngħaġġlu t-tweġiba tagħna.

Jekk int konċernat dwar xi allegat ksur taʼ liġi tad-data personali jew regolament ieħor mix-Xhieda taʼ Ġeħova, tistaʼ tikkuntattja lill-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data billi tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt t’hawn fuq. L-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data se jinvestiga t-talba tiegħek u jinformak kif se tiġi ssetiljata. Ukoll, int għandek id-dritt li tilmenta mal-awtorità tal-protezzjoni tad-data responsabbli għall-inforzar tal-liġi tal-protezzjoni tad-data fil-pajjiż fejn tgħix, jew fil-pajjiż fejn l-allegat ksur sar, jew tieħu l-każ lil qorti kompetenti.

Bidliet għal dan l-avviż

Il-prattiki tad-data tax-Xhieda taʼ Ġeħova jistgħu jinbidlu minn żmien għal ieħor minħabba bidliet fl-attivitajiet reliġjużi, fil-liġi, jew fin-natura tat-teknoloġija. Jekk ikun meħtieġ xi tibdil għal din il-paġna tal-Użu taʼ Data Personali, dawn il-bidliet jitniżżlu fuq din il-paġna biex il-pubblikaturi dejjem ikunu jafu bl-informazzjoni li tinġabar u kif din tintuża. Jekk jogħġbok, iċċekkja minn żmien għal żmien għal bidliet f’din il-paġna.

a Pubblikaturi huma individwi li jippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla flimkien maʼ kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova.

b Paġna 75, paragrafu 10. Il-ktieb Organizzati biex nagħmlu r-rieda taʼ Ġeħova huwa pubblikazzjoni interna, provduta biss biex tiġi użata mill-kongregazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova, li tagħti idea tal-Organizzazzjoni Reliġjuża. Mhix maħsuba biex tkun xi proċedura fuq l-użu tad-data personali.

c Jekk jogħġbok ara l-lista hawn taħt għal deskrizzjoni dettaljata iżjed taʼ kif nużaw id-data personali tal-pubblikaturi u l-bażijiet legali li nistrieħu fuqhom.