IBQAʼ ATTENT!
Tama għall-2024—X’Tgħid il-Bibbja?
Ħafna jaħsbu li m’hemmx soluzzjoni għall-problemi li se jkun hawn fl-2024. Imma għandna tama għall-futur. Fejn insibuha?
Il-Bibbja tagħtina tama
Il-Bibbja twegħedna li Alla se jsolvi l-problemi li qed jagħmlulna ħajjitna diffiċli. Dalwaqt, Alla se “jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.”—Rivelazzjoni 21:4.
Biex issir taf iżjed dwar il-wegħdi tal-Bibbja għall-futur, aqra l-artiklu “Tama Vera għal Futur Aħjar.”
Kif il-Bibbja tistaʼ tgħinek issa
Il-Bibbja tagħtik tama għall-futur li se tgħinek ikollok ħarsa pożittiva u ma taħsibx b’mod negattiv. (Rumani 15:13) Il-pariri tajbin tal-Bibbja jistgħu jgħinuk biex tkampa mal-problemi li tistaʼ tiffaċċja, bħal faqar, l-inġustizzja, u l-mard.
Ara kif it-tama tal-Bibbja għenet lil raġel isib il-paċi u l-ferħ minkejja li trabba fil-faqar. Ara l-vidjow Juan Pablo Zermeño: Ġeħova Tani Ħajja bi Skop.
Ara kif il-Bibbja tistaʼ tgħinek meta tħossok ħażin, imdejjaq, anzjuż, u meta jmutlek xi ħadd li tħobb. Aqra l-artiklu “Can I Find Words of Comfort in the Bible?”
Ara kif mara li kienet taħdem fil-militar li ddeskriviet lilha nfisha bħala negattiva u li ma jinteressahiex minn ħaddieħor, sabet tama minn dak li tgħallmet mill-Bibbja. Ara l-vidjow I Put Down My Rifle.
Ħalli s-sena 2024 tkun sena tajba għalik u għall-familja tiegħek. Tgħallem iżjed dwar kif tistaʼ tgħinek il-Bibbja. Prova studja l-Bibbja b’xejn biex titgħallem kif Alla se jagħtik “ħsibijiet taʼ paċi” issa u anki “futur u tama.”—Ġeremija 29:11.