Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

SUĠĠETT PRINĊIPALI | IS-​SALTNA T’ALLA—X’TISTAʼ TFISSER GĦALIK?

Is-Saltna t’Alla—X’se tfisser għalik?

Is-Saltna t’Alla—X’se tfisser għalik?

Aktarx fhimt mill-​artikli taʼ qabel dan li s-​Saltna t’Alla tfisser ħafna għax-​Xhieda taʼ Ġeħova. U forsi ġietek il-​kurżità dwar uħud mill-​barkiet futuri tas-​Saltna t’Alla li ġew diskussi. Fl-​istess ħin għandek mnejn taħseb jekk wegħdi bħal dawn jistgħux verament iseħħu.

Tagħmel sew toqgħod b’sebaʼ għajnejn minflok ma temmen kulma tismaʼ. (Proverbji 14:15) B’xi modi, l-​għaqal tiegħek jistaʼ jitqabbel maʼ dak tal-​Bereani tal-​qedem. * Meta għall-​ewwel intqalilhom dwar l-​aħbar tajba tas-​Saltna, il-​Bereani aċċettaw dak li semgħu, però mhux sempliċement għax xtaqu li jkun veru. Pjuttost, eżaminaw l-​Iskrittura bir-​reqqa “biex jaraw jekk dak li semgħu kienx minnu.” (Atti 17:11) Fi kliem ieħor, il-​Bereani qabblu l-​aħbar tajba li semgħu maʼ dak li tgħid l-​Iskrittura. Maż-​żmien, saru konvinti li l-​aħbar tajba kienet fil-​fatt ibbażata fis-​sod fuq il-​Kelma t’Alla.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova minn qalbhom jistidnuk tagħmel l-​istess. Permezz tal-​programm tagħna taʼ studju tal-​Bibbja b’xejn, noffrulek l-​opportunità li tqabbel dak li jemmnu x-​Xhieda taʼ Ġeħova dwar is-​Saltna t’Alla maʼ dak li tgħallem il-​Bibbja.

Barra milli titgħallem dwar is-​Saltna t’Alla, l-​istudju tiegħek tal-​Bibbja jistaʼ jgħinek issib it-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet importanti tal-​ħajja.

Fuq kollox, li tistudja l-​Bibbja se jgħinek ‘tersaq qrib lejn Alla.’ (Ġakbu 4:8) Imbagħad, iktar ma tersaq qrib lejn Alla, iktar se tara kif is-​Saltna t’Alla tistaʼ tfisser affarijiet tajbin għalik—mhux biss issa imma għal dejjem. Ġesù stess qal f’talba lil Missieru: “Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.”—Ġwanni 17:3.

 

^ par. 4 Berea kienet belt fil-​Maċedonja tal-​qedem.