Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Akkużat b’Mod Falz!

Akkużat b’Mod Falz!

Għaż-​Żgħażagħ

ĠUŻEPPI​—IT-​TIENI PARTI

Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-​istudju f’post kwiet. Hekk kif taqra l-​iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-​ġrajja. Ġib ix-​xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-​nies jitkellmu. Ħoss l-​emozzjonijiet tal-​karattri. Aħseb dwar ir-​rakkont bħallikieku huwa reali.

Karattri prinċipali: Ġużeppi, Potifar, u martu

Sommarju: Ġużeppi jiġi mitfugħ il-​ħabs b’mod inġust, imma Ġeħova qiegħed miegħu.

1 ANALIZZA X-​XENA.​—AQRA ĠENESI 39:7, 10-​23.

Liema emozzjonijiet tħoss fil-​leħen tal-​mara taʼ Potifar hekk kif akkużat lil Ġużeppi b’mod falz?

․․․․․

Iddeskrivi l-​ħabs kif timmaġinah inti.

․․․․․

Għall-​ewwel, Ġużeppi liema tip taʼ trattament kellu jissaporti waqt li kien il-​ħabs? (Ħjiel: Ara Salm 105:17, 18.)

․․․․․

2 ĦAFFER IKTAR FIL-​FOND.

Kieku l-​fidi tiegħu kienet dgħajfa, Ġużeppi għal liema konklużjoni żbaljata setaʼ wasal waqt li kien il-​ħabs? (Ħjiel: Ara Ġob 30:20, 21.)

․․․․․

Kif nafu li Ġużeppi ma waħħalx f’Ġeħova għat-​tbatija tiegħu? (Ħjiel: Ara Ġenesi 40:8; 41:15, 16.)

․․․․․

Liema kwalitajiet taħseb li għenu lil Ġużeppi jissaporti l-​priġunerija inġusta tiegħu? (Ħjiel: Aqra u mmedita fuq dawn l-​iskritturi: Mikea 7:7; Luqa 14:11; Ġakbu 1:4.)

․․․․․

Ġużeppi liema taħriġ irċieva fil-​ħabs, u dan it-​taħriġ kif setaʼ kien taʼ benefiċċju għalih iktar tard f’ħajtu? (Ħjiel: Ara Ġenesi 39:21-​23; 41:38-​43.)

․․․․․

3 APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .

Il-​benefiċċji li jgawdu dawk li jissaportu.

․․․․․

It-​taħriġ li tistaʼ tirċievi meta tkun għaddej minn xi tbatija.

․․․․․

L-​appoġġ taʼ Ġeħova matul żminijiet taʼ prova.

․․․․․

GĦAL IKTAR APPLIKAZZJONI.

Qatt kont f’sitwazzjoni li fiha ħassejtek inkwetat u waħdek? Anki waqt li kont għaddej mill-​prova, Ġeħova kif forsi kien qed jgħinek? (Ħjiel: Aqra u mmedita fuq l-​1 Korintin 10:13.)

․․․․․

4 LIEMA ASPETT F’DAN IR-​RAKKONT HU L-​IKTAR SINIFIKANTI GĦALIK, U GĦALA?

․․․․․

Jekk m’għandekx Bibbja, staqsi lix-​Xhieda taʼ Ġeħova għal waħda, jew aqraha fuq is-​sit www.watchtower.org