Għaż-Żgħażagħ
Kif Tirreżisti t-Tentazzjoni
ĠUŻEPPI—L-EWWEL PARTI
Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-istudju f’post kwiet. Hekk kif taqra l-iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-ġrajja. Ġib ix-xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-nies jitkellmu. Ħoss l-emozzjonijiet tal-karattri. Aħseb dwar ir-rakkont bħallikieku huwa reali.
Karattri prinċipali: Ġużeppi, mart Potifar
Sommarju: Ġużeppi jirreżisti t-tentazzjoni biex ikollu x’jaqsam maʼ mart Potifar.
1 ANALIZZA X-XENA.—AQRA ĠENESI 39:1-12.
Iddeskrivi d-dar lussuża taʼ Potifar kif timmaġinaha int.
․․․․․
Kif timmaġina li kien jidher Ġużeppi? (Ħjiel: Erġaʼ aqra vers 6.)
․․․․․
Liema emozzjonijiet taħseb li kien hemm f’leħen Ġużeppi hekk kif tkellem maʼ mart Potifar f’versi 8 u 9?
․․․․․
2 ĦAFFER IKTAR FIL-FOND.
Għala setgħet kienet taʼ tentazzjoni għal Ġużeppi li jagħmel kompromess fil-morali tiegħu? (Ħjiel: Aqra Filippin 2:12, u aħseb dwar iċ-ċirkustanzi taʼ Ġużeppi. Pereżempju, f’dak il-ħin fejn kienu l-membri tal-familja taʼ Ġużeppi u l-aduraturi sħabu taʼ Ġeħova?)
․․․․․
Għala taħseb li Ġużeppi ħass li kien ikun qed jidneb kontra Alla li kieku kellu jikkommetti adulterju meta, sa dak iż-żmien, ma kien hemm l-ebda liġi minn Alla kontra l-adulterju? (Ħjiel: Aqra u mmedita fuq l-iskritturi li ġejjin: Ġenesi 2:24; 12:17, 18; Rumani 2:14, 15; u Ebrej 5:14.)
․․․․․
3 APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .
Ir-rabta li hemm bejn ir-rażan u d-dinjità.
․․․․․
Il-benefiċċji li jiġu għand dawk li jżommu mal-livelli morali t’Alla.
․․․․․
Il-bżonn li tħarreġ “is-sensi” tiegħek. (Ebrej 5:14)
․․․․․
MODI OĦRAJN KIF JAPPLIKA.
F’liema qasam (jew oqsma) tal-ħajja tistaʼ tkun iktar determinat meta tiġi biex tirreżisti t-tentazzjoni sesswali? (Ħjiel: Aqra u mmedita fuq Ġob 31:1; Salm 119:37; Efesin 5:3, 4.)
․․․․․
4 LIEMA ASPETT F’DAN IR-RAKKONT HU L-IKTAR SINIFIKANTI GĦALIK, U GĦALA?
․․․․․
Jekk m’għandekx Bibbja, staqsi lix-Xhieda taʼ Ġeħova għal waħda, jew aqraha fuq is-sit www.watchtower.org