Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IDEA BIEX TISTUDJA

Uża l-Mera Sew

Uża l-Mera Sew

Id-dixxiplu Ġakbu qabbel il-Bibbja maʼ mera li tgħinna naraw min aħna minn ġewwa. (Ġak. 1:​22-25) Kif nistgħu nużaw il-Bibbja bħala mera?

Oqgħod attent meta taqra. Jekk inħarsu lejn mera taʼ malajr, forsi ma nindunawx li għandna xi ħaġa ħażina. B’mod simili, biex naraw x’għandna bżonn nirranġaw irridu naqraw il-Bibbja sew u mhux taʼ malajr.

Iffoka fuq dak li għandek bżonn tirranġa int mhux oħrajn. Kultant minn mera nistgħu nibdew naraw id-difetti t’oħrajn. Meta naqraw il-Bibbja nistgħu nibdew naħsbu fuq x’għandu bżonn jirranġa ħaddieħor. Imma dan mhux ħa jgħinna nirranġaw dak li għandna bżonn aħna.

Kun raġonevoli. Jekk fil-mera nibqgħu nħarsu biss lejn affarijiet li ma jogħġbuniex se niskuraġġixxu ruħna. Meta naqraw il-Bibbja rridu nkunu raġonevoli u ma nistennewx iżżejjed minna nfusna.—Ġak. 3:17.