IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Frar 2015

Din il-ħarġa fiha artikli għall-istudju li se jiġu studjati bejn is-6 t’April u t-3 ta’ Mejju 2015.

Imitaw l-umiltà u t-tenerezza ta’ Ġesù

L-1 Pietru 2:21 jgħidilna biex insegwu mill-qrib il-passi ta’ Ġesù. Għalkemm aħna imperfetti, kif nistgħu nimitaw l-umiltà u t-tenerezza ta’ Ġesù?

Imitaw il-kuraġġ u d-dixxerniment ta’ Ġesù

Il-Bibbja tgħinna nitgħallmu x’tip ta’ persuna kien Ġesù. Sir af kif nistgħu nsegwu mill-qrib il-passi tiegħu billi nimitaw il-kuraġġ u d-dixxerniment tiegħu.

Jitħejjew il-ġnus għat-“tagħlim ta’ Ġeħova”

Il-Kristjani tal-bidu kemm kellhom suċċess f’li jippritkaw l-aħbar tajba? X’seta’ għen biex l-ippritkar ikun eħfef fl-ewwel seklu milli f’perijodi oħra tal-istorja?

Ġeħova jiggwida x-xogħol ta’ tagħlim li nagħmlu madwar id-dinja

X’ġara fi żminijiet reċenti li għen lin-nies ta’ Ġeħova jippritkaw l-aħbar tajba b’mod effettiv madwar id-dinja?

Rigal mhux mistenni għall-Ġappun

Ktieb ġdid bit-titlu “Il-Bibbja—L-Evanġelju skont Mattew” ġie ppubblikat fil-Ġappun. X’karatteristiki fih? Għal min ġie ddisinjat?

Ibqa’ żeluż fil-ministeru

Aħna nafu li l-ippritkar tal-aħbar tajba hu l-iktar xogħol importanti li qed isir fuq l-art illum. X’nistgħu nagħmlu biex nibqgħu żelużi fil-ministeru Kristjan jew biex insiru saħansitra iktar żelużi?