IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Lulju 2013

Din il-ħarġa fiha diversi aġġustamenti fil-fehma tagħna dwar meta jseħħu l-ġrajjiet fil-profezija ta’ Ġesù u l-identità tal-ilsir leali u għaqli.

“Għidilna, Dan Meta Se Jseħħ?”

X’inhi l-fehma aġġustata tagħna dwar iż-żmien tal-ġrajjiet fil-profezija ta’ Ġesù f’Mattew kapitli 24 u 25?

“Ara, Jien Magħkom il-Jiem Kollha”

Il-parabbola ta’ Ġesù tal-qamħ u s-sikrana tiddeskrivi żmien ta’ żrigħ, tkabbir, u ħsad. Liema fehma aġġustata għandna taż-żmien tal-ħsad?

Ħafna Jiġu Mitmugħin Minn Ftit Uħud

Ġesù kif ipprovda ikel spiritwali lill-kongregazzjonijiet tal-ewwel seklu? Iħalli dan eżempju għal-lum?

“Min Hu Tassew l-Ilsir Leali u Għaqli?”

Dan l-artiklu jaġġusta l-fehma tagħna dwar l-ilsir leali u għaqli. Ikkunsidra kif is-saħħa spiritwali tagħna tiddependi minn dan il-mezz.

Membru Ġdid tal-Ġemgħa li Tiggverna

Fl-1 ta’ Settembru, 2012, Mark Sanderson beda jaqdi bħala membru tal-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda ta’ Ġeħova.

BIJOGRAFIJA

Ħerqanin li Naqdu lil Ġeħova, Ikun Fejn Ikun

Aqra kif koppja mill-Olanda tgħallmu jistrieħu kompletament fuq Ġeħova minkejja sfidi u ċirkustanzi li nbidlu.

“Ara Xi Ġmiel ta’ Stampi!”

L-istampi fil-pubblikazzjonijiet tagħna jintużaw biex jgħinuna nitgħallmu billi jġegħluna naħsbu u nħossu. Kif tista’ tibbenefika mill-istampi sbieħ?