Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Qrajt bir-​reqqa l-​ħarġiet reċenti taʼ It-​Torri tal-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

Kif nistgħu nitfu n-​nar taʼ diskors mhux kontrollat?

Għandna neżaminaw qalbna stess, jew dak li verament inħossu. Minflok ma nikkritikaw lil xi ħu, għala ma neżaminawx għala qed ikollna dawn il-​ħsibijiet? Jistaʼ jkun li nikkritikawh biex aħna nfusna nidhru aħjar? Iktar minn hekk, jekk nikkritikaw inkunu biss qed ngħarrqu s-​sitwazzjoni.—8/15, paġna 21.

X’se jiġri eżatt qabel it-​tmiem?

Se jkun hemm l-​għajta taʼ “Paċi u sigurtà!” Il-​ġnus se jattakkaw u jeqirdu lil Babilonja l-​Kbira. Se jkun hemm attakk fuq il-​poplu t’Alla. Se tfaqqaʼ l-​gwerra t’Armageddon, u wara Satana u d-​demonji tiegħu se jiġu mitfugħin fl-​abbiss.—9/15, paġna 4.

Kif nibbenefikaw mill-​fatt li ma nafux meta ġej it-​tmiem?

Il-​fatt li ma nafux il-​jum u s-​siegħa jippermettilna nuru x’hemm verament f’qalbna. Jagħtina l-​opportunità li nferrħu qalb Alla. Jinkuraġġina nkunu altruisti u nużaw ħajjitna biex naqdu lil Alla u ngħinu lil oħrajn. Iżjed minn hekk, jippermetti li l-​provi li niffaċċjaw issa jirfinawna.—9/15, paġni 24-​25.

Wara li sieħeb, jew sieħba, fiż-​żwieġ ma jkunx baqaʼ leali, kif tistaʼ terġaʼ tinbena l-​fiduċja?

Għandhom (1) ikunu onesti maʼ xulxin; (2) jaħdmu bħala tim; (3) ibiddlu d-​drawwiet li kellhom maʼ drawwiet ġodda; u (4) jagħrfu meta għandhom ikomplu għaddejjin b’ħajjithom.—10/1, paġni 24-​27.

 

X’inhuma xi fatturi li juru li l-​Bibbja mhijiex sempliċi ktieb ieħor miktub mill-​bnedmin?

Il-​Bibbja fiha diversi profeziji li ġew imwettqin. Fiha fatti tal-​istorja, mhux ħrejjef. Hi xjentifikament eżatta, u l-​kotba tagħha huma f’armonija. Hi prattika għal żmienna.—10/1, paġni 4-​8.

 

Liema erbaʼ passi jistgħu jgħinuna nieħdu deċiżjonijiet għaqlin?

1. Ġib quddiem għajnejk ir-​riżultat tad-​deċiżjonijiet tiegħek. 2. Eżamina l-​għażliet int stess. 3. Qis l-​effetti fuq tul taʼ żmien. 4. Aħdem biex tilħaq il-​miri tiegħek.—10/1, paġna 28.

 

Liema huma erbaʼ passi li jistgħu jgħinuna ngħixu b’inqas dħul?

1. Għodd in-​nefqa. 2. Biddel l-​istil taʼ ħajtek. 3. Kun lest li taċċetta tip taʼ xogħol ieħor. 4. Ikkuntenta.—10/1, paġni 12-​13.

 

Min hu rappreżentat mis-​“sebaʼ kwiekeb” fl-​id il-​leminija taʼ Ġesù msemmijin f’Rivelazzjoni 1:16, 20?

Jirrappreżentaw lil indokraturi midlukin bl-​ispirtu fil-​kongregazzjonijiet, u għalhekk dak li jintqal dwarhom jistaʼ jirreferi wkoll għall-​indokraturi kollha.—10/15, paġna 14.

 

Ġesù kif wera l-​attitudni umli msemmija f’Isaija 50:4, 5?

Dawn il-​versi jgħidu li dak li għandu “l-​ilsien taʼ wieħed li ġie mgħallem” mhuwiex se jdur “fid-​direzzjoni opposta.” Ġesù wera attitudni umli, u qagħad attent ferm għal dak li Missieru għallmu. Ġesù kien ħerqan u lest li jitgħallem minn Ġeħova, u osserva bir-​reqqa kif Alla b’umiltà wera ħniena lejn l-​umanità midinba.—11/15, paġna 11.