Mistoqsijiet mill-Qarrejja
Mistoqsijiet mill-Qarrejja
Is-sena tal-Ġublew li tissemma f’Levitiku kapitlu 25 x’tiffigura bil-quddiem?
Il-Liġi Mosajka kienet tesiġi li “fis-sebaʼ sena l-art ikollha l-mistrieħ tas-Sibt.” Dwar dik is-sena, l-Iżraelin ġew kmandati: “La tiżrax ir-rabaʼ tiegħek, la tiżborx id-dwieli tiegħek. Dak li jinbet minn fdal il-ħsad tiegħek la tiġbrux, u l-għeneb tad-dwieli li ma tkunx żbart, la taqtgħux. Għax hi s-sena tal-mistrieħ tas-Sibt taʼ l-art.” (Levitiku 25:4, 5) Għalhekk, kull sebaʼ sena kellha tkun sena taʼ Sibt għall-art. U kull 50 sena, li kienet tiġi wara s-sebaʼ sena tas-Sibt, kellha tkun Ġublew. X’kellu jsir f’dik is-sena?
Jehovah qal lil Iżrael permezz taʼ Mosè: “Tqaddsu intom il-ħamsin sena u tniedu l-ħelsien fl-art lil kull min jgħammar fiha. Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġaʼ għal li kellu u għal maʼ niesu. Tkun għalikom il-ħamsin sena, is-sena tal-ġublew; la tiżirgħu u lanqas taħsdu milli tnibbet l-art, u anqas tiġbru l-għeneb mid-dwieli bla żbir.” (Levitiku 25: 10, 11) Ġublew kien ifisser sentejn tas-Sibt wara xulxin għall-art. Imma dan kien iġib il-ħelsien lill-abitanti tagħha. Kwalunkwe Lhudi mibjugħ fil-jasar kellu jinħeles. Jekk individwu jkun ġie sforzat ibigħ xi proprjetà li wiret, din kienet terġaʼ ssir tal-familja tiegħu. Is-sena tal-Ġublew kellha tkun sena taʼ restawrazzjoni u ħelsien għal Iżrael tal-qedem. Din x’tiffigura bil-quddiem għall-Kristjani?
Ir-ribelljoni taʼ l-ewwel bniedem, Adam, waqqgħet lill-umanità fil-jasar tad-dnub. Il-provvediment t’Alla biex jeħles lill-bnedmin mill-qabda tad-dnub hu s-sagrifiċċju taʼ Ġesù * (Mattew 20:28; Ġwanni 3:16; 1 Ġwanni 2:1, 2) Il-Kristjani meta jinħelsu mil-liġi tad-dnub? Waqt li kien qed ikellem lill-Kristjani midlukin, l-appostlu Pawlu qal: “Il-liġi taʼ l-Ispirtu li jagħti l-ħajja fi Kristu Ġesù ħelsitni mil-liġi tad-dnub u tal-mewt.” (Rumani 8:2) Dawk bit-tama taʼ ħajja fis-sema jingħataw dan il-ħelsien meta jiġu midlukin bl-ispirtu qaddis. Għalkemm ġisimhom hu tal-laħam u imperfett, Alla jiddikjarahom ġusti u jadottahom bħala wliedu spiritwali. (Rumani 3:24; 8:16, 17) Għall-midlukin bħala grupp, il-Ġublew beda f’Pentekoste tas-sena 33 E.K.
Kristu bħala prezz tal-fidwa.Xi ngħidu għan-“nagħaġ oħra,” li għandhom il-prospett taʼ ħajja taʼ dejjem fuq l-art? (Ġwanni 10:16) Għan-nagħaġ oħra, ir-Renju t’Elf Sena taʼ Kristu se jkun żmien taʼ restawrazzjoni u ħelsien. Matul dan il-Ġublew Millennjali, Ġesù se japplika l-benefiċċji tas-sagrifiċċju bħala prezz tal-fidwa għall-umanità li temmen, u se jreġġaʼ lura l-effetti tad-dnub. (Apokalissi 21:3, 4) Sat-tmiem tar-Renju t’Elf Sena taʼ Kristu, il-bnedmin se jsiru perfetti u se jeħilsu għalkollox mid-dnub u l-mewt li wirtu. (Rumani 8:21) Ladarba dan jitwettaq, il-Ġublew Kristjan jintemm.
[Nota taʼ taħt]
^ par. 5 Fil-fatt, Ġesù ntbagħat biex ‘iħabbar il-ħelsien lill-imjassrin.’ (Isaija 61:1-7; Luqa 4:16-21) Hu ħabbar ħelsien spiritwali.
[Stampa f’paġna 26]
Il-Ġublew Millennjali—żmien taʼ restawrazzjoni u ħelsien għan-“nagħaġ oħra”