Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Nagħtu Dak li Hu Prezzjuż f’Għajnejn Jehovah

Nagħtu Dak li Hu Prezzjuż f’Għajnejn Jehovah

L-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​Możambik irċieva din l-​ittra:

“Jien tifel taʼ sebaʼ snin u għadni mmur l-​iskola primarja. Qed nibgħat dawn il-​flus li qlajt mill-​fellus li rabbejt. Begħtu għal 12,000 Meticais [38ċ]. Jien nirringrazzja lil Jehovah talli l-​ewwel fellus li rabbejt kiber f’serduq. Nixtieq li l-​għotja tiegħi tintuża għax-​xogħol tas-​Saltna taʼ Jehovah.

“PS: Missieri għenni nikteb din l-​ittra.”

Xi nies jassoċjaw il-​ġenerożità maʼ dawk li għandhom iż-​żejjed affarijiet materjali. Madankollu, meta naqraw ir-​rakkont Bibliku rigward l-​armla li tefgħet “biċċtejn żgħar tal-​flus” fit-​teżor tat-​tempju, nistgħu nirrikonoxxu li l-​ġenerożità titqies, mhux bil-​kwantità, imma bl-​inklinazzjoni xierqa tal-​qalb.—Luqa 21:​1-4.

Jehovah japprezza kwalunkwe għotja, żgħira kemm hi żgħira, li tkun ġejja minn qalb imqanqla bl-​imħabba. U hu jbierek bil-​kbir lil dawk li jimitaw il-​ġenerożità tiegħu billi jagħtu mill-​ħin, mill-​enerġija, jew mir-​riżorsi materjali tagħhom għan-​nom tas-​Saltna tiegħu.—Mattew 6:33; Lhud 6:10.