ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 4
“L-ispirtu nnifsu jixhed . . . li aħna wlied Alla”
“L-ispirtu nnifsu jixhed maʼ l-ispirtu tagħna li aħna wlied Alla.”—RUM. 8:16.
GĦANJA 25 Proprjetà speċjali
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1-2. Liema ħaġa spettakolari ġrat f’jum Pentekoste tas-sena 33 WK?
KIEN nhar il-Ħadd filgħodu f’Ġerusalemm u kien jum Pentekoste tas-sena 33 WK. Grupp taʼ madwar 120 dixxiplu nġabru flimkien fil-kamra taʼ fuq taʼ dar. (Atti 1:13-15; 2:1) Ftit ġranet qabel, Ġesù kien qalilhom biex jibqgħu Ġerusalemm għax kienu se jirċievu rigal speċjali. (Atti 1:4, 5) X’ġara wara?
2 “F’daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal kurrent taʼ riħ qawwi.” Dan il-ħoss instemaʼ mad-dar kollha. Imbagħad, fuq ras id-dixxipli dehru bħal ‘ilsna tan-nar’ u “lkoll imtlew bl-ispirtu qaddis.” (Atti 2:2-4) B’dan il-mod spettakolari, Ġeħova ferraʼ l-ispirtu qaddis tiegħu fuq dan il-grupp. (Atti 1:8) Huma kienu l-ewwel uħud li ġew midlukin bl-ispirtu qaddis * u li ngħataw it-tama li jmexxu maʼ Ġesù fis-sema.
X’JIĠRI META XI ĦADD JIĠI MIDLUK?
3. Id-dixxipli li kienu fil-kamra taʼ fuq f’Pentekoste għala ma kellhomx dubju li ġew midlukin?
3 Kieku int kont wieħed minn dawn id-dixxipli dakinhar, ma kontx se tinsa din l-esperjenza. Immaġina bħal Atti 2:5-12) Żgur li kieku ma jkollok l-ebda dubju li ġejt midluk bl-ispirtu qaddis. Imma dawk li ntgħażlu biex imorru s-sema, kollha ġew midlukin b’mod spettakolari u fl-istess żmien f’ħajjithom? Le. Kif nafuh dan?
ilsien tan-nar jiġi fuq rasek, u mbagħad tibda titkellem b’lingwa differenti! (4. Il-midlukin tal-ewwel seklu kollha rċivew l-ispirtu qaddis fl-istess żmien f’ħajjithom? Spjega.
4 Ejja nitkellmu dwar meta persuna tistaʼ tiġi midluka. Mhux il-grupp taʼ madwar 120 Kristjan biss ġie midluk f’jum Pentekoste tas-sena 33 WK. Iktar tard dakinhar, madwar 3,000 persuna oħra rċiviet l-ispirtu qaddis li wiegħed Ġesù. Huma ġew midlukin meta tgħammdu. (Atti 2:37, 38, 41) Imma fis-snin taʼ wara, dawk li ġew magħżulin biex jgħixu fis-sema mhux kollha ġew midlukin meta tgħammdu. Is-Samaritani ġew midlukin xi żmien wara li tgħammdu. (Atti 8:14-17) U f’każ differenti ħafna, Kornelju u dawk taʼ daru ġew midlukin saħansitra qabel ma tgħammdu.—Atti 10:44-48.
5. Skont it-2 Korintin 1:21, 22, x’jiġri meta xi ħadd jiġi midluk bl-ispirtu qaddis?
5 Ejja nikkunsidraw ukoll x’jiġri meta persuna tiġi midluka bl-ispirtu qaddis. Jistaʼ jkun li għall-ewwel xi wħud li jiġu midlukin isibuha diffiċli biex jaċċettaw li Ġeħova għażel lilhom. Forsi jaħsbu, ‘Alla għala għażel lili?’ Oħrajn forsi jħossuhom differenti. Hu x’inhu l-każ, l-appostlu Pawlu jispjega x’jiġri lil dawk kollha li jiġu midlukin: “Wara li emmintu, ġejtu mmarkati bis-siġill * taʼ l-ispirtu qaddis imwiegħed, li hu garanzija bil-quddiem tal-wirt tagħna.” (Efes. 1:13, 14) Allura Ġeħova juża l-ispirtu qaddis tiegħu biex il-Kristjani li jagħżel ma jkollhomx dubju li ġew magħżulin. B’dan il-mod, l-ispirtu qaddis hu “garanzija” jew wegħda li taċċertahom li fil-futur se jgħixu għal dejjem fis-sema u mhux fuq l-art.—Aqra t-2 Korintin 1:21, 22.
6. X’għandu jagħmel Kristjan midluk biex jitlaʼ s-sema?
6 Jekk Kristjan jiġi midluk, ifisser li żgur se jirċievi l-premju biex jitlaʼ s-sema? Le. Hu sempliċiment se jkun ċert li ntgħażel biex jitlaʼ s-sema. Però, għandu jiftakar f’din it-twissija: “Ħuti, iktar u iktar agħmlu l-almu tagħkom biex taċċertaw ruħkom mis-sejħa u l-għażla tagħkom; għax jekk tibqgħu toktru f’dawn l-affarijiet żgur li ma tonqsu qatt.” (2 Pt. 1:10) Allura anki jekk Kristjan midluk jiġi magħżul, jew imsejjaħ, biex imur is-sema, hu se jirċievi l-premju tiegħu dment li jibqaʼ leali.—Flp. 3:12-14; Ebr. 3:1; Riv. 2:10.
XI ĦADD KIF IKUN JAF LI HU MIDLUK?
7. Il-midlukin kif ikunu jafu li ġew imsejħin biex imorru s-sema?
7 Raġel jew mara kif tkun taf jekk ġietx imsejħa biex tmur fis-sema? It-tweġiba hi ċara fil-kliem li Pawlu kiteb lill-Kristjani f’Ruma li ġew “imsejħin biex ikunu qaddisin.” Hu qalilhom: “Intom ma rċivejtux spirtu taʼ jasar li jerġaʼ jġib il-biżaʼ, imma rċivejtu spirtu t’adozzjoni bħala wlied; b’dan l-ispirtu aħna ngħajtu: ‘Abba, Missier!’ L-ispirtu nnifsu jixhed maʼ l-ispirtu tagħna li aħna wlied Alla.” (Rum. 1:7; 8:15, 16) Allura, permezz tal-ispirtu qaddis tiegħu, Alla jaċċerta lill-midlukin li ġew imsejħin biex imorru s-sema.—1 Tess. 2:12.
8. Skont l-1 Ġwanni 2:20, 27 hemm bżonn li ħaddieħor jikkonferma li persuna hi midluka? Spjega.
8 Ġeħova għamel ċert li l-midlukin ma jifdlilhom l-ebda dubju li ġew magħżulin biex imorru fis-sema. (Aqra l-1 Ġwanni 2:20, 27.) Ovvjament, il-Kristjani midlukin għandhom bżonn jiġu mgħallma minn Ġeħova permezz tal-kongregazzjoni eżatt bħalma jagħmel kulħadd. Imma ħadd m’għandu bżonn jikkonferma li huma midlukin. Ġeħova juża l-iktar qawwa b’saħħitha fl-univers, l-ispirtu qaddis tiegħu, biex jagħmilhielhom ċara li huma mill-midlukin!
‘JITWIELDU MILL-ĠDID’
9. Skont Efesin 1:18, meta xi ħadd jiġi midluk, x’bidla jesperjenza?
9 Il-maġġorparti tal-qaddejja t’Alla tal-lum forsi jsibuha diffiċli biex jifhmu x’jiġri lil xi ħadd meta jiġi midluk minn Alla. Dan hu normali għax huma stess ma jkunux ġew midlukin. Alla ħalaq lin-nies biex jgħixu għal dejjem fuq l-art, mhux fis-sema. (Ġen. 1:28; Salm 37:29) Imma Ġeħova għażel lil xi wħud biex jgħixu fis-sema. Allura meta jsejħilhom għas-sema, hu jbiddlilhom it-tama u kif jaħsbuha, tant li jibdew iħarsu ’l quddiem biex jgħixu fis-sema.—Aqra Efesin 1:18.
10. Xi jfisser li ‘titwieled mill-ġdid’? (Ara wkoll in-nota taʼ taħt.)
10 Meta l-Kristjani jkunu midlukin bl-ispirtu qaddis, huma ‘jitwieldu mill-ġdid.’ * Ġesù wera wkoll li hu impossibbli li xi ħadd li mhux midluk jifhem eżatt kif wieħed iħossu meta ‘jitwieled mill-ġdid,’ jew ‘jitwieled mill-ispirtu.’—Ġw. 3:3-8.
11. Xi ħadd li jiġi midluk kif jibda jaħseb b’mod differenti?
11 Meta l-Kristjani jiġu midlukin, kif
jibdew jaħsbu b’mod differenti? Qabel ma jiġu midlukin minn Ġeħova, dawn il-Kristjani jkollhom it-tama li jgħixu għal dejjem fuq l-art. Huma jkunu jħarsu ’l quddiem b’entużjażmu għal meta Ġeħova jneħħi l-ħażen u jagħmel l-art ġenna. Forsi kienu jimmaġinaw lilhom infushom jilqgħu lil xi membru tal-familja jew ħabib li kien miet. Imma wara li ġew midlukin, bdew jaħsbu b’mod differenti. Għala? Mhux għax ma kinux sodisfatti bit-tama li jgħixu fuq l-art jew għax biddlu fehmthom minħabba l-istress jew il-problemi. U lanqas ma ħassew li se jkun tad-dwejjaq li jgħixu għal dejjem fuq l-art. Minflok, Ġeħova uża l-ispirtu qaddis tiegħu biex jibdlilhom it-tama li kienu jgħożżu u l-mod kif jaħsbu.12. Skont l-1 Pietru 1:3, 4, il-Kristjani midlukin kif iħossuhom dwar it-tama tagħhom?
12 Xi ħadd li jiġi midluk jistaʼ jħoss li ma jistħoqqlux jingħata dal-privileġġ prezzjuż. Imma hu fl-ebda punt ma jiddubita li Ġeħova għażlu. Hu jħossu ferħan u grat immens meta jaħseb dwar it-tama li għandu għall-futur.—Aqra l-1 Pietru 1:3, 4.
13. Il-midlukin kif iħossuhom dwar il-ħajja hawn fuq l-art?
13 Ifisser dan li l-midlukin jixtiequ jmutu? L-appostlu Pawlu jwieġeb din il-mistoqsija. Hu qabbel il-ġisem uman tagħhom maʼ tinda u qal: “Fil-fatt, aħna li qegħdin f’din it-tinda nokorbu għax imtaqqlin; mhux għax irridu ninżgħuha, imma għax irridu nilbsu l-oħra, biex dak li hu mortali jinbelaʼ mill-ħajja.” (2 Kor. 5:4) Dawn il-Kristjani ma tilfux l-interess f’din il-ħajja u ma jixtiquhiex tispiċċa malajr. Anzi, huma jgawdu ħajjithom u jridu jużaw kull ġurnata biex jaqdu lil Ġeħova mal-familja u l-ħbieb tagħhom. Imma jagħmlu x’jagħmlu, huma dejjem iżommu f’moħħhom it-tama mill-isbaħ li għandhom għall-futur.—1 Kor. 15:53; 2 Pt. 1:4; 1 Ġw. 3:2, 3; Riv. 20:6.
INT ĠEJT MIDLUK MINN ĠEĦOVA?
14. Kristjan kif jistaʼ jħossu, imma dan għala ma jfissirx li hu midluk?
14 Jistaʼ jkun li taħseb dwar jekk intix midluk bl-ispirtu qaddis. F’dan il-każ, staqsi lilek innifsek dawn il-mistoqsijiet importanti: Għandek xewqa kbira li tagħmel dak li jrid Alla? Tħoss li int vera żeluż fix-xogħol tal-ippritkar? Tieħu pjaċir tistudja l-Kelma t’Alla u titgħallem dwar “l-affarijiet profondi t’Alla”? (1 Kor. 2:10) Tħoss li Ġeħova tak riżultati tajbin fil-ministeru? Tħoss li għandek ir-responsabbiltà li tgħin lil oħrajn spiritwalment? Esperjenzajt l-għajnuna taʼ Ġeħova b’ħafna modi speċifiċi f’ħajtek? Jekk wiġibt iva għal kull mistoqsija, ifisser li int midluk? Le. Għala? Għax il-qaddejja kollha taʼ Ġeħova jistgħu jħossuhom hekk, kemm jekk huma midlukin u kemm jekk le. U permezz tal-ispirtu tiegħu, Ġeħova jistaʼ jagħti l-qawwa lil kull qaddej tiegħu, hi x’inhi t-tama tiegħu. Fil-fatt, jekk għandek dubju jekk ġejtx midluk bl-ispirtu qaddis, dan hu sinjal li m’intix midluk. Dawk li Ġeħova sejħilhom biex imorru fis-sema m’għandhom l-ebda dubju li ġew midlukin! Huma jafu!
15. Kif nafu li mhux kull min irċieva l-ispirtu t’Alla ġie magħżul biex imur is-sema?
15 Fil-Bibbja hemm ħafna eżempji taʼ wħud leali li rċivew l-ispirtu qaddis imma ma kellhomx it-tama li jmorru s-sema. 1 Sam. 16:13) L-ispirtu qaddis għenu jifhem affarijiet profondi dwar Ġeħova u anki ggwidah biex jikteb partijiet mill-Bibbja. (Mk. 12:36) Imma l-appostlu Pietru qal li David “ma telax fis-smewwiet.” (Atti 2:34) Ġwanni l-Battista kien “mimli bl-ispirtu qaddis.” (Lq. 1:13-16) Ġesù qal li ma kien hemm ħadd akbar minn Ġwanni, imma mbagħad qal li Ġwanni ma kienx se jagħmel parti mis-Saltna tas-smewwiet. (Mt. 11:10, 11) Ġeħova uża l-ispirtu qaddis biex jagħti lil dawn l-irġiel il-qawwa biex jagħmlu affarijiet tal-għaġeb. Però, ma użax dan l-ispirtu biex jagħżilhom ħalli jgħixu fis-sema. Ifisser dan li kienu inqas leali minn dawk li ġew midlukin? Le. Sempliċiment ifisser li Ġeħova se jirxoxtahom biex jgħixu fil-Ġenna tal-art.—Ġw. 5:28, 29; Atti 24:15.
David ġie ggwidat mill-ispirtu qaddis. (16. Il-biċċa l-kbira tal-qaddejja t’Alla llum għal liema premju jħarsu ’l quddiem?
16 Il-biċċa l-kbira tal-qaddejja t’Alla li jgħixu fuq l-art illum, m’għandhomx it-tama li jgħixu fis-sema. Imma bħal Abraham, Sara, David, Ġwanni l-Battista, u ħafna personaġġi oħra tal-Bibbja, huma jħarsu ’l quddiem biex jgħixu fuq l-art taħt it-tmexxija tas-Saltna t’Alla.—Ebr. 11:10.
17. Liema mistoqsijiet se nwieġbu fl-artiklu li jmiss?
17 Peress li llum għad hawn uħud mill-midlukin jgħixu fost in-nies t’Alla, naturalment iqumu ċerti mistoqsijiet. (Riv. 12:17) Pereżempju, il-midlukin kif għandhom iqisu lilhom infushom? Jekk xi ħadd fil-kongregazzjoni tiegħek jibda jieħu mill-ħobż u l-inbid fit-Tifkira, kif għandek taġixxi miegħu? U xi ngħidu jekk in-numru taʼ dawk li jgħidu li huma midlukin ikompli jiżdied? Għandna ninkwetaw dwar dan? L-artiklu li jmiss se jwieġeb dawn il-mistoqsijiet.
^ par. 5 Minn Pentekoste tas-sena 33 WK, Ġeħova beda jagħti lil xi Kristjani tama mill-isbaħ. Din hi t-tama li jmexxu maʼ Ibnu fis-sema. Imma dawn il-Kristjani kif ikunu jafu li ġew magħżulin għal dan il-privileġġ tant sabiħ? X’jiġri meta Ġeħova jagħżel lil xi ħadd biex imur fis-sema? Dan l-artiklu, li hu bbażat fuq artiklu li ħareġ fit-Torri tal-Għassa taʼ Jannar 2016, se jwieġeb dawn il-mistoqsijiet interessanti.
^ par. 2 ESPRESSJONI SPJEGATA: Midlukin bl-ispirtu qaddis: Ġeħova juża l-ispirtu qaddis tiegħu biex jagħżel persuna biex tmexxi maʼ Ġesù fis-sema. Permezz tal-ispirtu tiegħu, Ġeħova jagħti lil din il-persuna “garanzija” jew wegħda għall-futur. (Efes. 1:13, 14) Il-Kristjani li jiġu midlukin jistgħu jgħidu li l-ispirtu qaddis “jixhed,” jew jagħmilhielhom ċara, li l-premju tagħhom hu fis-sema.—Rum. 8:16.
^ par. 5 ESPRESSJONI SPJEGATA: L-immarkar bis-siġill. Dan mhuwiex l-aħħar immarkar bis-siġill. L-aħħar immarkar isir biss xi żmien qabel ma l-persuna tmut leali jew xi żmien qabel ma tfaqqaʼ t-tribulazzjoni l-kbira.—Efes. 4:30; Riv. 7:2-4; ara “Mistoqsijiet mill-qarrejja” fir-Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa t’April 2019 p. 2.
^ par. 10 Għal iktar informazzjoni dwar xi jfisser li titwieled mill-ġdid, ara l-artiklu “Xi jfisser li wieħed jitwieled mill-ġdid?” fuq jw.org® taħt TAGĦLIM TAL-BIBBJA > MISTOQSIJIET DWAR IL-BIBBJA MWEĠBIN u It-Torri tal-Għassa bl-Ingliż tal-1 tʼApril 2009, pp. 3-12.
GĦANJA 27 Jiġu rrivelati wlied Alla
^ par. 57 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Kemm jekk qegħdin il-ħabs minħabba t-twemmin tagħna u kemm jekk qed nippritkaw u ngħallmu l-verità bil-libertà, aħna nistgħu nħarsu ’l quddiem biex ngħixu fuq l-art taħt it-tmexxija tas-Saltna t’Alla.