ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 1
“Tkunx ansjuż, għax jien Alla tiegħek”
“Tibżax, għax jien miegħek. Tkunx ansjuż, għax jien Alla tiegħek. Jien inqawwik. Jien ngħinek verament.”—IS. 41:10, nwt.
GĦANJA 7 Ġeħova, is-saħħa tagħna
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1-2. (a) Il-messaġġ li nsibu f’Isaija 41:10 kif affettwa lil oħt jisimha Yoshiko? (b) Ġeħova għall-benefiċċju taʼ min ippreserva dan il-messaġġ?
OĦT Kristjana leali jisimha Yoshiko rċeviet aħbar kerha. It-tabiba tagħha qaltilha li kellha biss ftit xhur ħajja. Kif irreaġixxiet? Yoshiko ftakret vers favorit mill-Bibbja, Isaija 41:10 (nwt), li jgħid: “Tibżax, għax jien miegħek. Tkunx ansjuż, għax jien Alla tiegħek. Jien inqawwik. Jien ngħinek verament. Jien inżommok sod tassew b’idi l-leminija tas-sewwa.” Imbagħad bil-kalma qalet lit-tabiba tagħha li ma kinitx qed tibżaʼ, għaliex Ġeħova kien qed iżommilha idha b’mod sod. * Il-messaġġ taʼ faraġ li nsibu f’dan il-vers għen lil oħtna għażiża biex tafda kompletament f’Ġeħova. Dan l-istess vers jistaʼ jgħinna nibqgħu kalmi meta ngħaddu minn provi ebsin. Biex nifhmu kif dan jistaʼ jiġri, ejja l-ewwel neżaminaw għala Alla ta dan il-messaġġ lil Isaija.
2 Primarjament, Ġeħova nebbaħ lil Isaija jikteb dan il-kliem sabiex ifarraġ lil-Lhud li iktar tard kellhom jittieħdu fil-jasar lejn Babilonja. Madankollu, Ġeħova ppreserva dan il-messaġġ għall-benefiċċju tal-poplu tiegħu kollu, u mhux għall-eżiljati Lhud biss. (Is. 40:8; Rum. 15:4) Illum, aħna ngħixu fi “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom,” u iżjed minn qatt qabel, għandna bżonn l-inkuraġġiment li nsibu fil-ktieb taʼ Isaija.—2 Tim. 3:1.
3. (a) Liema wegħdi nsibu f’Isaija 41:10? (b) Għala neħtieġu dawn il-wegħdi?
3 F’dan l-artiklu se niffokaw fuq tlieta mill-wegħdi taʼ Ġeħova Isaija 41:10, l-iskrittura għas-sena 2019: (1) Ġeħova se jkun magħna, (2) hu Alla tagħna, u (3) hu se jgħinna. Aħna neħtieġu dawn il-wegħdi * għax, bħal Yoshiko, niffaċċjaw il-provi fil-ħajja. Irridu wkoll nittrattaw maʼ pressjonijiet minħabba kundizzjonijiet fid-dinja. Uħud minna qegħdin saħansitra jissaportu persekuzzjoni minn gvernijiet b’saħħithom. Ejja nikkunsidraw it-tliet wegħdi waħda waħda.
li jsaħħulna l-fidi mniżżlin f’“JIEN MIEGĦEK”
4. (a) Liema hi l-ewwel wegħda li se nikkunsidraw? (Ara wkoll in-nota taʼ taħt.) (b) Ġeħova b’liema modi jesprimi s-sentimenti tiegħu għalina? (ċ) L-espressjonijiet t’Alla kif jaffettwawk?
4 Ġeħova l-ewwel jiżgurana bil-kliem: “Tibżax, għax jien miegħek.” * Ġeħova juri li qiegħed magħna billi jagħtina l-attenzjoni kollha tiegħu kif ukoll l-affezzjoni sinċiera tiegħu. Innota kif jesprimi s-sentimenti teneri u profondi tiegħu għalina. “Int . . . prezzjuż f’għajnejja,” jgħid Ġeħova. “Qistek onorabbli, u ħabbejtek.” (Is. 43:4) L-ebda forza fl-univers ma tistaʼ ġġiegħel lil Ġeħova jabbanduna mħabbtu għal dawk li jaqduh; il-lealtà tiegħu lejna hi soda u ma tiċċaqlaqx. (Is. 54:10) L-imħabba u l-ħbiberija tiegħu jimlewna bil-kuraġġ. Hu se jipproteġina llum, l-istess bħalma pproteġa lil Abram (Abraham) ħabibu. Ġeħova qallu: “Tibżax, Abram. Jien tarka għalik.”—Ġen. 15:1.
5-6. (a) Kif nafu li Ġeħova jinteressa ruħu f’li jgħinna fil-provi personali tagħna? (b) X’lezzjoni nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Yoshiko?
5 Aħna nafu li Ġeħova jinteressa ruħu f’li jgħinna fil-provi personali tagħna għax hu jwiegħed lill-poplu tiegħu: “Jekk tgħaddi mill-ilmijiet, jien inkun miegħek; u mix-xmajjar, dawn ma jgħarrqukx. Jekk ikollok tgħaddi min-nar, ma tinħaraqx, u l-fjamma ma xxawtekx.” (Is. 43:2) Xi jfisser dan il-kliem?
6 Ġeħova ma jwigħedx li jneħħi l-isfidi li jagħmlu l-ħajja diffiċli, imma mhux se jħalli “x-xmajjar” taʼ problemi jgħarrquna Is. 41:13) Yoshiko, li ssemmiet qabel, sabet li dan hu veru. It-tifla tagħha tgħid: “Konna impressjonati bil-kalma li kellha ommi. Aħna rajna verament li Ġeħova taha paċi ġewwinija. Sal-ġurnata li mietet, ommi tkellmet man-nurses u l-pazjenti dwar Ġeħova u l-wegħdi tiegħu.” X’nitgħallmu mill-eżempju taʼ Yoshiko? Meta nafdaw fil-wegħda t’Alla “jien inkun miegħek,” aħna wkoll se nkunu kuraġġużi u b’saħħitna waqt li nissaportu l-provi.
jew “il-fjamma” taʼ provi ġġegħelna nsofru għal dejjem. Hu jagħtina garanzija li se jkun magħna, u jgħinna ‘ngħaddu’ minn dawn l-isfidi. X’se jagħmel Ġeħova? Hu se jikkalma l-beżgħat li jkollna biex inkunu nistgħu nżommu l-integrità tagħna lejh, anke jekk niffaċċjaw il-mewt. (“JIEN ALLA TIEGĦEK”
7-8. (a) Liema hi t-tieni wegħda li se nikkunsidraw, u xi tfisser? (b) Ġeħova għala qal lill-eżiljati Lhud: ‘Tkunux ansjużiʼ? (ċ) Liema kliem li nsibu f’Isaija 46:3, 4 żgur li kkalma qalb il-poplu t’Alla?
7 Innota t-tieni wegħda mniżżla minn Isaija: “Tkunx ansjuż, għax jien Alla tiegħek.” Xi tfisser din l-istqarrija dwar l-ansjetà? F’dan il-vers, il-kelma bil-lingwa oriġinali għal ‘tkun ansjużʼ fiha l-ħsieb taʼ li jkollok “tiċċassa ’l hemm u ’l hawn, qisek qed tistenna li tiġri xi ħaġa tal-biżaʼ” jew “li tippanikkja għax tkun f’sitwazzjoni perikoluża.” Fi qbil maʼ dan, in-New World Translation, riveduta bl-Ingliż fl-2013, tagħti din il-frażi “tiċċassax ’l hemm u ’l hawn” bħala “tkunx ansjuż.”
8 Ġeħova għala qal lil-Lhud li kienu se jkunu eżiljati f’Babilonja biex ma ‘jkunux ansjużiʼ? Għax kien jaf li l-abitanti taʼ dik l-art kienu se jsiru beżgħanin. X’kien se jikkaġuna dik il-biżaʼ? Lejn it-tmiem tas-70 sena tal-eżilju Lhudi, Babilonja kienet se tiġi attakkata mill-armati setgħanin tal-Medo-Persja. Ġeħova kien se juża din l-armata biex jeħles lill-poplu tiegħu mill-jasar taʼ Babilonja. (Is. 41:2-4) Meta l-Babiloniżi u nies minn ġnus oħrajn li kienu jgħixu dak iż-żmien saru jafu li kien qed joqrob l-għadu tagħhom, huma pprovaw jibqgħu kuraġġużi billi jgħidu lil xulxin: “Agħmel il-ħila.” Ukoll, huma għamlu iżjed allat foloz, bit-tama li dawn kienu se jipproteġuhom. (Is. 41:5-7) Sadanittant, Ġeħova kkalma l-qlub tal-eżiljati Lhud billi qalilhom: “Int, O Israel, [kuntrarju għall-ġirien tiegħek] int il-qaddej tiegħi . . . Tkunx ansjuż, għax jien Alla tiegħek.” (Is. 41:8-10) Innota li Ġeħova qal: “Jien Alla tiegħek.” B’dan il-kliem, Ġeħova żgura lill-adoraturi leali tiegħu li ma kienx nesiehom—xorta kien għadu Alla tagħhom, u huma kienu għadhom il-poplu tiegħu. Qalilhom: ‘Inġorrkom . . . u nipprovdilkom ħelsien.’ Dan il-kliem taʼ faraġ u kuraġġ bla dubju saħħaħ lill-eżiljati Lhud.—Aqra Isaija 46:3, 4.
9-10. Għala m’hemmx għalfejn insiru beżgħanin? Agħti eżempju.
9 Issa, iktar minn qatt qabel, in-nies madwarna jinsabu ansjużi minħabba li l-kundizzjonijiet fid-dinja qed imorru għall-agħar. M’għandniex xi ngħidu, aħna wkoll niġu affettwati minn dawn l-istess problemi. Imma m’hemmx għalfejn nibżgħu. Ġeħova jgħidilna: “Jien Alla tiegħek.” Din l-istqarrija għala hi raġuni qawwija biex nibqgħu kalmi?
10 Ikkunsidra dan l-eżempju: Żewġ passiġġieri, Jim u Ben, qegħdin ġo ajruplan milqut minn irjieħ qawwijin. Hekk kif l-ajruplan jibda tielaʼ u nieżel bil-forza tal-irjieħ, tinstemaʼ vuċi mil-lawdspiker: “Żommu ċ-ċinturin maqful. Se ngħaddu
minn arja instabbli għal xi ħin.” Jim qed jinkwieta bil-kbir. Imma mbagħad il-pilota jżid jgħid: “Dan il-pilota li qed ikellimkom. Kollox qiegħed fil-kontroll. M’hemmx għalfejn tinkwetaw.” Dak il-ħin, Jim jibda jiddubita u jgħid, “X’tip taʼ garanzija hi din?” Fl-istess ħin, hu jinnota li Ben xejn ma jidher ansjuż. Jim jistaqsih: “Għala int daqshekk kalm?” Ben jitbissem u jgħid: “Għax jien nafu sew lil dan il-pilota. Hu missieri!” Imbagħad Ben jgħid: “Ħa ngħidlek xi ħaġa dwar missieri. Jien ċert li meta ssir tafu u kemm hu kapaċi, int ukoll se tkun kalm.”11. X’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taż-żewġ passiġġieri?
11 X’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu minn dan l-eżempju? Bħal Ben, aħna kalmi għax nafuh sew lil Missierna tas-sema, Ġeħova. Nafu li se jgħinna biex nissaportu anke l-iktar problemi diffiċli li qed niffaċċjaw matul l-aħħar jiem taʼ din is-sistema. (Is. 35:4) Aħna nafdaw f’Ġeħova, allura nistgħu nibqgħu kalmi filwaqt li l-bqija tad-dinja tinsab imwerwra. (Is. 30:15) Ukoll, aħna naġixxu bħal Ben meta lin-nies ngħidulhom għala nafdaw f’Alla. Imbagħad, anke huma jistgħu jkunu ċerti li kwalunkwe sfida li tiġi fuqhom, Ġeħova se jappoġġjahom.
“JIEN INQAWWIK [U] NGĦINEK VERAMENT”
12. (a) Liema hi t-tielet wegħda li se nikkunsidraw? (b) Ir-referenza għad-“driegħ” taʼ Ġeħova tfakkarna f’liema fatt?
12 Ikkunsidra t-tielet wegħda li Isaija niżżel bil-miktub: “Jien inqawwik. Jien ngħinek verament.” Isaija kien diġà ddeskriva kif Ġeħova kien se jqawwi, jew isaħħaħ, lill-poplu tiegħu, u qal: “Ġeħova ġej bħal wieħed b’saħħtu, u driegħu se jaħkem għalih.” (Is. 40:10) Il-Bibbja spiss tuża l-kelma “driegħ,” jew id, simbolikament biex tfisser qawwa. Allura l-istqarrija li “driegħu se jaħkem” tfakkarna li Ġeħova huwa Sultan setgħan. Hu uża din il-qawwa liema bħalha biex jappoġġja u jiddefendi lill-qaddejja tiegħu fil-passat, u hu jkompli jsaħħaħ u jipproteġi lil dawk li jafdaw fih illum.—Dt. 1:30, 31; Is. 43:10.
13. (a) Ġeħova meta speċjalment iżomm il-wegħda tiegħu li jqawwina? (b) Liema garanzija timliena bis-saħħa u l-fiduċja?
13 Speċjalment meta l-għedewwa jippersegwitawna, Ġeħova jżomm il-wegħda tiegħu: “Jien inqawwik.” F’xi partijiet tad-dinja llum, l-għedewwa tagħna qed jagħmlu l-almu tagħhom biex iwaqqfu x-xogħol tal-ippritkar tagħna jew biex b’mod legali ma jħallux l-organizzazzjoni tagħna taħdem. Xorta waħda, m’aħniex ansjużi żżejjed dwar attakki bħal dawn. Ġeħova tana garanzija li timliena bis-saħħa u l-fiduċja. Hu jwegħedna: “Kwalunkwe arma li tissawwar kontrik ma tirnexxix.” (Is. 54:17) Din l-istqarrija tfakkarna fi tliet fatti importanti.
14. Għala ma niħduhiex b’sorpriża li l-għedewwa t’Alla jattakkawna?
14 L-ewwel, bħala s-segwaċi taʼ Kristu, aħna nistennew li nkunu mibgħudin. (Mt. 10:22) Ġesù bassar li d-dixxipli tiegħu kellhom ikunu persegwitati bl-aħrax matul l-aħħar jiem. (Mt. 24:9; Ġw. 15:20) It-tieni, il-profezija taʼ Isaija twissina minn qabel li l-għedewwa tagħna mhux biss se jobogħduna imma wkoll jużaw diversi armi kontrina. Dawn l-armi inkludew qerq sottili, gideb sfaċċat, u persekuzzjoni qalila. (Mt. 5:11) Ġeħova mhux se jwaqqaf l-għedewwa tagħna milli jużaw dawn l-armi biex iqajmu gwerra kontrina. (Efes. 6:12; Riv. 12:17) Imma aħna m’għandniex għalfejn nibżgħu. Għala le?
15-16. (a) Liema hu t-tielet fatt li jeħtieġ li niftakru, u Isaija 25:4, 5 kif jappoġġja dan? (b) Isaija 41:11, 12 kif jiddeskrivi x’se jiġri lil dawk li jiġġieldu kontrina?
15 Ikkunsidra t-tielet fatt li jeħtieġ li niftakru. Ġeħova qal li “kwalunkwe arma” użata kontrina “ma tirnexxix.” Bħalma Isaija 25:4, 5.) L-għedewwa tagħna qatt mhu se jirnexxilhom iġegħluna nsofru għal dejjem.—Is. 65:17.
ħajt jipproteġina mill-forza taʼ maltempata qerrieda taʼ xita, hekk ukoll Ġeħova jipproteġina mit-taħbit tal-għedewwa. (Aqra16 Ukoll, Ġeħova jsaħħaħ il-fiduċja tagħna fih billi jiddeskrivi fid-dettall x’se jiġri lil dawk li ‘qed jitbaqbqu għalina.’ (Aqra Isaija 41:11, 12.) Jiġġieldu kemm jiġġieldu iebes kontrina l-għedewwa tagħna jew issir kemm issir b’saħħitha l-gwerra kontrina, ir-riżultat se jkun l-istess: L-għedewwa kollha tal-poplu t’Alla “se jisfaw fix-xejn u jgħibu.”
KIF INKABBRU L-FIDUĊJA TAGĦNA F’ĠEĦOVA
17-18. (a) Il-qari tal-Bibbja kif se jkabbar il-fiduċja tagħna f’Alla? Agħti eżempju. (b) Il-meditazzjoni fuq l-iskrittura magħżula għas-sena 2019 kif tistaʼ tgħinna?
17 Aħna nkabbru l-fiduċja tagħna f’Ġeħova billi nsiru nafuh aħjar. U l-uniku mod kif nistgħu verament insiru nafu tajjeb lil Alla hu billi naqraw il-Bibbja sew u mbagħad nimmeditaw fuq dak li naqraw. Il-Bibbja fiha informazzjoni taʼ min jafdaha dwar kif Ġeħova pproteġa lill-poplu tiegħu fil-passat. Din l-informazzjoni tagħtina l-fiduċja li issa se jieħu ħsiebna.
18 Ikkunsidra eżempju tal-istampa sabiħa li jġibilna quddiem għajnejna Isaija biex jurina kif Ġeħova jipproteġina. Hu jirreferi għal Ġeħova bħala ragħaj u għall-qaddejja t’Alla bħala ħrief. Dwar Ġeħova, Isaija jgħid: “Bi driegħu se jiġbor flimkien il-ħrief; u jġorrhom f’ħobbu.” (Is. 40:11) Meta naqraw dwar li ninġarru fid-dirgħajn b’saħħithom taʼ Ġeħova, ma nħossuniex protetti u kalmi? Biex jgħinna nibqgħu kalmi minkejja l-problemi li niffaċċjaw, l-ilsir leali u għaqli għażel Isaija 41:10 bħala l-iskrittura għas-sena 2019, “Tkunx ansjuż, għax jien Alla tiegħek.” Immedita fuq dan il-kliem li jiżgurak. Dan se jsaħħek hekk kif tiffaċċja l-isfidi li għad iridu jiġu.
GĦANJA 38 Hu se jsaħħek
^ par. 5 L-iskrittura magħżula għas-sena 2019 tagħtina tliet raġunijiet għala nistgħu nibqgħu kalmi anke meta jiġru affarijiet ħżiena fid-dinja jew fil-ħajja personali tagħna. Dan l-artiklu se jeżamina dawn ir-raġunijiet u jgħinna nħossuna inqas ansjużi u iktar lesti li nafdaw f’Ġeħova. Immedita fuq l-iskrittura tas-sena. Tgħallimha bl-amment jekk tistaʼ. Din se ssaħħek kontra l-isfidi li għad iridu jiġu.
^ par. 3 ESPRESSJONI SPJEGATA: Il-wegħdi taʼ Ġeħova huma stqarrijiet taʼ verità li xi ħaġa żgur se tiġri. Dawn il-wegħdi jistgħu jagħmluna nħossuna inqas inkwetati dwar il-problemi li jistgħu jinqalgħu f’ħajjitna.
^ par. 4 L-espressjoni “Tibżax” tissemma tliet darbiet, f’Isaija 41:10, 13, u 14. L-istess versi spiss isemmu l-kelma “jien” (li tirreferi għal Ġeħova). Ġeħova għala nebbaħ lil Isaija biex juża “jien” daqshekk spiss? Biex jenfasizza fatt importanti—aħna nistgħu nikkalmaw il-beżgħat tagħna biss billi nafdaw f’Ġeħova.
^ par. 52 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Membri taʼ familja jiffaċċjaw provi fuq ix-xogħol, fis-saħħa tagħhom, fil-ministeru, u fl-iskola.
^ par. 54 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Pulizija jidħlu għal għarrieda f’dar privata waqt laqgħa tax-Xhieda, imma l-aħwa ma jippanikkjawx.
^ par. 56 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Sessjonijiet regulari tal-Qima Bħala Familja jsaħħuna biex nissaportu.