ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 51
Kemm tafu sew lil Ġeħova?
“Dawk li jafu ismek jafdaw fik, għax int żgur ma titlaqx lil dawk li jfittxuk, O Ġeħova.”—SALM 9:10.
GĦANJA 56 Għożż il-verità
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1-2. X’tgħallimna l-esperjenza taʼ Angelito?
IL-ĠENITURI tiegħek huma Xhieda taʼ Ġeħova? Jekk iva, għandek iżżomm f’moħħok li ma tistax tiret il-ħbiberija personali li għandhom maʼ Ġeħova. Kemm jekk il-ġenituri jaqdu lil Alla u kemm jekk le, kull wieħed minna għandu jkollu ħbiberija personali maʼ Ġeħova.
2 Aħseb ftit dwar l-esperjenza taʼ Angelito. Hu trabba f’familja li kienet Xhud taʼ Ġeħova. Però, meta kien żgħir, ma kienx iħossu qrib ħafna t’Alla. Hu jammetti, “Kont naqdi lil Ġeħova għax ridt nagħmel bħall-kumplament tal-familja.” Però, Angelito ddeċieda li jibda jqattaʼ aktar ħin jaqra l-Kelma t’Alla u jimmedita fuqha, u beda jitlob lil Ġeħova iktar spiss. X’kien ir-riżultat? Angelito jgħid, “Indunajt li l-uniku mod kif nistaʼ nkun qrib taʼ Missieri, Ġeħova, hu billi nsir nafu jien stess.” L-esperjenza taʼ Angelito tqajjem xi mistoqsijiet importanti: X’inhi d-differenza bejn li tkun taf xi ftit dwar Ġeħova u li tkun tafu sew? U x’nistgħu nagħmlu biex insiru nafu lil Ġeħova sew?
3. X’inhi d-differenza bejn li tkun taf dwar Ġeħova u li tkun tafu sew?
3 Jistaʼ jkun li nirraġunaw, ‘Aħna nafuh lil Alla. Nafu x’jismu u nafu xi affarijiet milli qal jew għamel.’ Imma hemm bżonn iktar minn hekk. Għandna nqattgħu l-ħin
nitgħallmu dwar Ġeħova u l-kwalitajiet mill-isbaħ tiegħu. Jekk nagħmlu hekk, inkunu nistgħu nibdew nifhmu x’qanqlu jitkellem u għala aġixxa b’ċertu mod. Dan se jgħinna nifhmu jekk Ġeħova hux jieħu pjaċir bl-opinjonijiet, id-deċiżjonijiet, u l-azzjonijiet tagħna. Ladarba nifhmu xi jrid Ġeħova minna, aħna rridu naġixxu fuq dak li tgħallimna.4. X’jaċċertawna l-eżempji taʼ xi wħud mill-Bibbja?
4 Xi wħud forsi jwaqqgħuna għaċ-ċajt talli nkunu rridu naqdu lil Ġeħova, u jistaʼ jkun li jopponuna saħansitra iktar meta nibdew nagħmluha man-nies tiegħu. Madankollu, jekk nafdaw f’Ġeħova, aħna jistaʼ jibqaʼ jkollna ħbiberija mill-qrib miegħu. U min-naħa tiegħu, hu qatt m’hu se jiddiżappuntana. Imma vera nistgħu nsiru nafu lil Ġeħova sew? Iva! L-eżempji li ħallewlna rġiel imperfetti, bħal Mosè u s-Sultan David, juru li nistgħu. Hekk kif nitgħallmu dwar dak li għamlu, se nwieġbu żewġ mistoqsijiet: Kif saru jafu lil Ġeħova? U x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempji tagħhom?
MOSÈ RA LIL “DAK LI HU INVIŻIBBLI”
5. Xi prefera jagħmel Mosè?
5 Mosè aġixxa fuq dak li tgħallem. Meta kellu madwar 40 sena, Mosè prefera jagħmilha man-nies t’Alla, l-Iżraelin, minflok ikun magħruf bħala “bin bint il-Fargħun.” (Ebr. 11:24) Mosè ċeda pożizzjoni t’awtorità. Meta Mosè appoġġa l-Iżraelin, hu kien jaf li l-Fargħun kien se jkun irrabjat ħafna. Il-Fargħun kien sultan taʼ qawwa kbira, u l-Eġizzjani kienu jaħsbu li hu alla. Dan kollu juri li Mosè kellu fidi b’saħħitha f’Ġeħova. Fiduċja bħal din hi importanti biex jibqaʼ jkollna ħbiberija mill-qrib maʼ Ġeħova.—Prov. 3:5.
6. X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Mosè?
6 X’nistgħu nitgħallmu? Bħal Mosè, aħna lkoll irridu niddeċiedu jekk hux se naqdu ’l Alla u nagħmluha man-nies tiegħu. Għandu mnejn ikollna nagħmlu xi sagrifiċċji biex naqdu lil Alla, u jistaʼ jkun li jkollna l-oppożizzjoni minn dawk li ma jafux lil Ġeħova. Imma jekk nafdaw f’Missierna tas-sema, nistgħu nkunu ċerti li se jappoġġana!
7-8. X’kompla jitgħallem Mosè?
7 Mosè kompla jitgħallem dwar il-kwalitajiet taʼ Ġeħova u baqaʼ jagħmel ir-rieda Tiegħu. Pereżempju, meta Ġeħova talab lil Mosè joħroġ lin-nazzjon t’Iżrael mill-Eġittu, Mosè ma kellux fiduċja fih innifsu u spiss kien jgħid lil Ġeħova li ma jħossux kwalifikat. It-tweġiba t’Alla wriet li hu kellu l-kompassjoni, jiġifieri fehem kif Mosè kien qed iħossu u għenu. (Eżo. 4:10-16) B’hekk, Mosè setaʼ jwassal messaġġi qawwijin taʼ ġudizzju lill-Fargħun. Imbagħad, Mosè ra kif Ġeħova uża l-qawwa Tiegħu meta qered lill-Fargħun u l-armata tiegħu fil-Baħar l-Aħmar u salva lill-Iżraelin.—Eżo. 14:26-31; Salm 136:15.
8 Wara li Mosè ħareġ l-Iżraelin mill-Eġittu, huma bdew igergru l-ħin kollu. Minkejja dan, Mosè setaʼ jara l-paċenzja kbira li Ġeħova wera man-nies li kien ħeles. (Salm 78:40-43) Apparti minn hekk, meta Ġeħova biddel fehmtu skont kif qallu Mosè billi ma qeridx l-Iżraelin, Mosè setaʼ jara l-umiltà kbira Tiegħu.—Eżo. 32:9-14.
9. Skont Ebrej 11:27, kemm kienet b’saħħitha l-ħbiberija bejn Mosè u Ġeħova?
Ebrej 11:27.) Il-Bibbja turi kemm din il-ħbiberija kienet b’saħħitha meta tgħid: “Ġeħova kien ikellem lil Mosè wiċċ imbwiċċ, sewwasew bħalma bniedem ikellem lil sieħbu.”—Eżo. 33:11.
9 Il-ħbiberija taʼ Mosè maʼ Ġeħova ssaħħet wara li Mosè ħareġ l-Iżraelin mill-Eġittu. Din il-ħbiberija tant saret b’saħħitha li Mosè setaʼ bħallikieku jara lil Missieru tas-sema. (Aqra10. Biex inkunu nafu lil Ġeħova sew, xi rridu nagħmlu?
10 X’nistgħu nitgħallmu? Biex insiru nafu lil Ġeħova sew, aħna m’għandniex nitgħallmu dwar il-kwalitajiet tiegħu biss, imma għandna nagħmlu r-rieda tiegħu wkoll. Illum, Ġeħova jrid “li bnedmin taʼ kull xorta jiġu salvati u jaslu għall-għarfien eżatt.” (1 Tim. 2:3, 4) Mod minnhom kif nagħmlu r-rieda t’Alla hu billi ngħallmu lil oħrajn dwar Ġeħova.
11. Hekk kif ngħallmu lil oħrajn dwar Ġeħova, kif nistgħu nsiru nafuh aħjar?
11 Spiss, meta ngħallmu lil oħrajn dwar Ġeħova, aħna stess insiru nafuh aħjar. Pereżempju, aħna naraw il-kompassjoni taʼ Ġeħova lejn dawk li jridu jkunu l-ħbieb tiegħu billi jgħinna nsibuhom. (Ġw. 6:44; Atti 13:48) Aħna naraw li l-Bibbja għandha l-qawwa, għax tgħin lill-istudenti tal-Bibbja tagħna jieqfu mid-drawwiet ħżiena tagħhom u jagħmlu bidliet fil-personalità tagħhom. (Kol. 3:9, 10) U aħna nistgħu naraw il-paċenzja li għandu man-nies fit-territorju tagħna peress li spiss jibgħatna għandhom biex ngħinuhom jitgħallmu dwaru ħalli jsalvaw.—Rum. 10:13-15.
12. Skont Eżodu 33:13, x’talab Mosè, u għala?
12 Mosè apprezza l-ħbiberija tiegħu maʼ Ġeħova. Ġeħova uża lil Mosè biex jagħmel ħafna affarijiet tal-għaġeb. Allura bilfors li Mosè kien jaf lil Ġeħova sew. Imma Mosè xorta talab l-għajnuna taʼ Ġeħova biex isir jafu aħjar. (Aqra Eżodu 33:13.) Mosè kien qabeż it-80 sena meta għamel din it-talba, imma hu kien jaf li kien għad fadallu ħafna x’jitgħallem dwar Missieru kollu mħabba tas-sema.
13. Semmi mod kif nistgħu nuru li napprezzaw il-ħbiberija tagħna m’Alla.
13 X’nistgħu nitgħallmu? Ilna kemm ilna naqdu lil Ġeħova, aħna dejjem għandna nqisu l-ħbiberija li għandna miegħu importanti. Wieħed mill-aħjar modi kif nistgħu nuru li napprezzaw il-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova hu billi nitkellmu miegħu fit-talb.
14. It-talb għala hu tant importanti biex jgħinna nitgħallmu iktar dwar Alla?
14 Jekk trid tkun ħabib sew taʼ xi ħadd, trid tikkomunika miegħu spiss. Allura biex ikollok ħbiberija tajba m’Alla, itlob spiss u tibżax tgħidlu dak li qed taħseb u tħoss. (Efes. 6:18) Krista, li tgħix it-Turkija tgħid: “L-imħabba li għandi għal Ġeħova u l-fiduċja li għandi fih jikbru kull darba li ngħidlu x’inhu għaddej minn moħħi u meta mbagħad nara kif jgħinni. Li nara kif Ġeħova jwieġeb it-talb tiegħi jgħinni nqis lil Ġeħova bħala Missier u Ħabib.”
ĠEĦOVA JQISU RAĠEL GĦAL QALBU
15. Ġeħova kif iddeskriva lis-Sultan David?
15 Is-Sultan David twieled f’nazzjon li kien jaqdi lil Ġeħova. Imma David ma Atti 13:22) David kif sar ħabib kbir taʼ Ġeħova?
kienx iqim lil Ġeħova sempliċiment għax il-familja tiegħu kienet tqimu. Hu kellu ħbiberija personali m’Alla, u Ġeħova kien iħobbu ħafna. Ġeħova stess qal li David kien ‘raġel għal qalbu.’ (16. David x’tgħallem dwar Ġeħova mill-ħolqien?
16 David tgħallem dwar Ġeħova mill-ħolqien. Meta David kien għadu żagħżugħ, hu qattaʼ ħafna sigħat barra jieħu ħsieb in-nagħaġ taʼ missieru. Jistaʼ jkun li dak iż-żmien beda jimmedita fuq l-affarijiet li kien għamel Ġeħova. Pereżempju, meta David kien iħares lejn is-sema, hu setaʼ jara eluf taʼ stilel flgħaxija. Imma hu ma rax l-istilel biss. Hu setaʼ jara l-kwalitajiet taʼ Dak li għamilhom. David kien immotivat jikteb: “Is-smewwiet jiddikjaraw il-glorja t’Alla.” (Salm 19:1, 2) Barra minn hekk, meta David kien joqgħod jaħseb fuq kif il-bniedem hu magħmul, hu setaʼ jara x’għerf kbir għandu Ġeħova. (Salm 139:14) Waqt li David kien jimmedita fuq l-affarijiet li Ġeħova għamel, hu rrealizza kemm mhu xejn meta mqabbel maʼ Ġeħova.—Salm 139:6.
17. X’nistgħu nitgħallmu jekk nimmeditaw fuq il-ħolqien?
17 X’nistgħu nitgħallmu? Interessa ruħek fil-ħolqien. Ħu l-ħin biex taffaxxina ruħek mid-dinja mill-isbaħ li ħalaq Alla! Fil-ħajja taʼ kuljum, aħseb sew dwar il-ħolqien taʼ madwarek li jgħallmek dwar Ġeħova, bħall-pjanti, l-annimali, u n-nies. Imbagħad kuljum se nitgħallmu iktar dwar Missierna kollu mħabba. (Rum. 1:20) U kull ġurnata li tgħaddi se naraw li l-imħabba għalih se tikber.
18. Skont Salm 18, x’kien jaf David?
18 David setaʼ jara li Ġeħova kien qed jgħinu. Pereżempju, meta David ipproteġa n-nagħaġ taʼ missieru minn iljun u ors, hu nduna li Ġeħova għenu joqtol lil dawn l-annimali salvaġġi. Meta David qatel lill-gwerrier ġgant Gulija, David ra b’mod ċar li Ġeħova kien miegħu. (1 Sam. 17:37) U meta ħarab mis-Sultan Sawl li kien għajjur, David kien jaf li kien Ġeħova li salvah. (Salm 18, sopraskrizzjoni) Kieku David kien kburi, setaʼ ħaseb li għamel dawn l-affarijiet bis-saħħa tiegħu stess. Imma David kien umli, allura setaʼ jara l-għajnuna taʼ Ġeħova f’ħajtu.—Salm 138:6.
19. X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ David?
19 X’nistgħu nitgħallmu? Hemm bżonn nagħmlu iktar milli nitolbu għall-għajnuna taʼ Ġeħova. Hemm bżonn nirrealizzaw meta u kif qed jgħinna wkoll. Jekk inkunu umli, se nifhmu li ma nistgħux nagħmlu kollox waħedna imma għandna bżonn l-għajnuna taʼ Ġeħova. U kull darba li naraw l-għajnuna taʼ Ġeħova, il-ħbiberija tagħna miegħu se tikber. Isaac, ħu mill-Fiġi li ilu ħafna snin jaqdi lil Ġeħova, esperjenza dan. Hu jgħid: “Meta noqgħod naħseb x’għamilt f’ħajti, nistaʼ nara kif Ġeħova għenni minn mindu bdejt nistudja l-Bibbja sal-lum. B’hekk, Ġeħova hu reali ħafna għalija.”
20. X’nistgħu nitgħallmu mill-ħbiberija li kellu David m’Alla?
20 David imita l-kwalitajiet taʼ Ġeħova. Ġeħova ħalaqna bl-abbiltà li nimitaw il-kwalitajiet tiegħu. (Ġen. 1:26) Iktar kemm nistudjaw dwar il-kwalitajiet taʼ Ġeħova, iktar inkunu nistgħu nimitawh. David sar jaf lil Missieru tas-sema sew, allura David setaʼ jimitah fil-mod kif ittratta lil oħrajn. Ikkunsidra dan l-eżempju: David dineb kontra Ġeħova meta għamel adulterju maʼ Bat-seba u mbagħad ra kif għamel biex joqtol ir-raġel tagħha. (2 Sam. 11:1-4, 15) Imma Ġeħova għażel li juri ħniena maʼ David, raġel li kien wera ħniena m’oħrajn. Peress li David kellu relazzjoni tajba maʼ Ġeħova, l-Iżraelin ħabbewh ħafna, u Ġeħova użah bħala eżempju għal slaten oħra f’Iżrael.—1 Slat. 15:11; 2 Slat. 14:1-3.
21. Fi qbil m’Efesin 4:24 u 5:1, x’riżultati jkun hemm meta ‘nimitaw lil Alla’?
21 X’nistgħu nitgħallmu? Hemm bżonn li ‘nimitaw lil Alla.’ Meta nagħmlu hekk, aħna stess se nibbenefikaw u nitgħallmu iktar dwaru. Meta nimitaw il-kwalitajiet tiegħu, aħna se nuru li aħna wliedu.—Aqra Efesin 4:24; 5:1.
SIR AF LIL ĠEĦOVA AĦJAR
22-23. X’jiġri jekk napplikaw dak li nitgħallmu dwar Ġeħova?
22 Kif rajna, nistgħu nitgħallmu dwar Ġeħova permezz tal-ħolqien u l-Kelma tiegħu, il-Bibbja. Dan il-ktieb uniku hu mimli b’eżempji taʼ qaddejja leali t’Alla li aħna nistgħu nimitawhom, bħal Mosè u David. Ġeħova tana kulma hemm bżonn biex insiru nafuh, issa jiddependi minna li nitgħallmu dwaru.
23 Aħna qatt ma nieqfu nitgħallmu dwar Ġeħova. (Ekk. 3:11) L-iktar ħaġa importanti hi, mhux kemm nafu dwaru, imma x’nagħmlu b’dak li nafu. Jekk napplikaw dak li nitgħallmu u nipprovaw nimitaw lil Missierna kollu mħabba, hu se jibqaʼ jersaq qrib tagħna. (Ġak. 4:8) Permezz tal-Bibbja, hu jaċċertana li qatt mhu se jabbanduna lil dawk li jipprovaw isiru jafuh sew.
GĦANJA 80 “Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb”
^ par. 5 Ħafna jemmnu li Alla jeżisti, imma ma jafuhx sew. Xi jfisser li tkun taf lil Ġeħova, u x’nistgħu nitgħallmu minn Mosè u s-Sultan David dwar li jkollna ħbiberija mill-qrib m’Alla? Dan l-artiklu se jwieġeb dawn il-mistoqsijiet.