Kif jistaʼ jkollok ħajja aħjar?
IL-ĦAJJA llum mhix il-mod kif Alla xtaq li tkun. L-art kellha tkun mimlija b’nies li jridu jiġu mmexxijin mill-Ħallieq tagħna, jibbenefikaw mill-gwida tiegħu, u jimitaw l-imħabba u kwalitajiet sbieħ oħra tiegħu. Alla riedhom ikunu ferħanin u jikkooperaw maʼ xulxin hekk kif irabbu familji, jiskopru affarijiet ġodda, u jagħmlu l-art kollha ġenna.
ALLA JWIEGĦED LI JBIDDEL IL-ĦAJJA FUQ L-ART GĦALL-MOD KIF RIED LI TKUN
-
“Qed iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art.”—Salm 46:9.
-
“Wasal iż-żmien stabbilit . . . biex teqred lil dawk li qed jeqirdu l-art.”—Rivelazzjoni 11:18.
-
“Ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’”—Isaija 33:24.
-
“Il-magħżulin tiegħi se jużaw [jew, se jgawdu] xogħol idejhom bis-sħiħ.”—Isaija 65:22.
Dawn il-profeziji kif se jitwettqu? Alla ħatar lil Ibnu, Ġesù, bħala Sultan perfett li se jsaltan mis-sema għal fuq l-art. Il-Bibbja din is-saltna ssejħilha s-Saltna t’Alla. (Danjel 2:44) Dwar Ġesù, il-Bibbja tgħid: ‘Alla Ġeħova jagħtih it-tron u hu jsaltan.’—Luqa 1:32, 33.
Waqt li kien fuq l-art, Ġesù għamel ħafna mirakli biex juri li bħala Mexxej hu se jagħmel il-ħajja tal-bnedmin ħafna aħjar mill-ħajja li għandna issa.
ĠESÙ WERA X’AFFARIJIET TAJBIN SE JAGĦMEL GĦALL-BNEDMIN UBBIDJENTI
-
Hu fejjaq kull tip taʼ mard, u b’hekk wera kif se jelimina l-mard kollu tal-bnedmin.—Mattew 9:35.
-
Hu kkalma l-baħar, u dan juri kif se jipproteġi n-nies billi jikkontrolla l-forzi tan-natura.—Marku 4:36-39.
-
Hu temaʼ eluf, u dan wera li lin-nies se jipprovdilhom il-bżonnijiet tal-ħajja.—Marku 6:41-44.
-
Hu biddel l-ilma fi nbid f’tieġ, u b’hekk ta prova li se jgħin lin-nies igawdu l-ħajja.—Ġwanni 2:7-11.
Kif jistaʼ jkollok it-tip taʼ ħajja li qed jipprepara Alla għal dawk li jħobbuh? Hemm “triq” li għandek taqbad. Il-Bibbja tiddeskriviha bħala “t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma dawk li jsibuha.”—Mattew 7:14.
ISSIB IT-TRIQ GĦAL ĦAJJA AĦJAR
X’inhi t-triq għall-ħajja? Alla jgħid: “Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-ġid tiegħek, li mmexxik fit-triq li għandek timxi.” (Isaija 48:17) Jekk issegwi dan il-parir, ħajtek se titjieb.
Ġwanni 14:6) Aħna nistgħu nersqu qrib t’Alla u jkollna ħajja aħjar billi nemmnu l-veritajiet li għallem Ġesù u billi nimitaw l-eżempju li ħalla.
Ġesù qal: “Jien it-triq, il-verità, u l-ħajja.” (Kif tistaʼ ssib it-triq għall-ħajja? Hemm ħafna reliġjonijiet, imma Ġesù wissa: “Mhux kulmin jgħidli, ‘Mulej, Mulej,’ jidħol fis-saltna tas-smewwiet, imma min jagħmel ir-rieda taʼ Missieri li hu fis-smewwiet.” (Mattew 7:21) Qal ukoll: “Mill-frott tagħhom tagħrfuhom.” (Mattew 7:16) Il-Bibbja tistaʼ tgħinek tagħraf il-qima vera mill-qima falza.—Ġwanni 17:17.
Kif tistaʼ tibda miexi fit-triq għall-ħajja? Dan jinvolvi li ssir taf lil Dak li ta l-ħajja: Min hu? X’jismu? X’tip taʼ persuna hu? X’inhu jagħmel? Xi jridna nagħmlu? *
Ma kienx l-iskop t’Alla li l-bnedmin sempliċiment jaħdmu, jieklu, jilagħbu, u jrabbu familja. Aħna nistgħu nsiru nafu l-Ħallieq tagħna u nsiru l-ħbieb tiegħu. Nistgħu nuru li nħobbuh billi nagħmlu dak li jrid hu. Ġesù qal: “Il-ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-uniku Alla veru.”—Ġwanni 17:3.
PERMEZZ TAL-BIBBJA, ALLA JGĦALLMEK “GĦALL-ĠID TIEGĦEK.”—ISAIJA 48:17
ĦU L-EWWEL PASS FIT-TRIQ GĦALL-ĦAJJA
Li nitgħallmu nogħġbu lill-uniku Alla veru jistaʼ jirrikjedi li nagħmlu ċerti bidliet. Dan jistaʼ jidher taʼ sfida. Imma ħajjitna se titjieb meta nibdew nimxu fit-triq għall-ħajja. Biex jgħinuk issib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet bażiċi dwar Alla, ix-Xhieda taʼ Ġeħova joffru kors taʼ studju tal-Bibbja b’xejn f’ħin u post konvenjenti għalik. Tistaʼ tikkuntattjana permezz tal-websajt tagħna www.jw.org.