ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 34
Sib il-ferħ fl-inkarigu l-ġdid
“Alla mhux inġust biex jinsa għemilkom u l-imħabba li wrejtu għal ismu.”—EBR. 6:10.
GĦANJA 38 Hu se jsaħħek
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1-3. X’inhuma xi raġunijiet għala qaddejja full-time għandu mnejn ikollhom ibiddlu l-inkarigu?
“WARA 21 sena mill-isbaħ fl-inkarigu missjunarju tagħna, il-ġenituri kollha tagħna kellhom saħħa batuta,” jgħidu Robert u Mary Jo. “Konna kuntenti li se nieħdu ħsiebhom, imma mdejqin li kellna nitilqu mill-pajjiż li tant konna nħobbu.”
2 “Meta sirna nafu li ma stajniex immorru lura fl-inkarigu tagħna minħabba saħħitna, bkejna,” jirrakkontaw William u Terrie. “Il-ħolma tagħna li naqdu lil Ġeħova f’pajjiż ieħor kienet spiċċat.”
3 “Konna nafu li l-gvern ried jagħlaq l-uffiċċju tal-fergħa fejn konna qed naqdu,” jgħid Aleksey. “Imma xorta kien xokk meta dan ġara u kellna nitilqu kollha minn Betel.”
4. X’mistoqsijiet se niddiskutu f’dan l-artiklu?
4 Ukoll, ħafna qaddejja full-time, inkluż dawk li qdew f’Betel, ingħataw inkarigi ġodda. * Dawn l-aħwa leali jistgħu jsibuha diffiċli jitilqu l-inkarigu li tant kienu jgħożżu. X’jistaʼ jgħinhom jaġġustaw għall-bidla? Int kif tistaʼ tgħinhom? It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet jistgħu jgħinuna lkoll biex naġġustaw meta nesperjenzaw bidliet f’ħajjitna.
KIF TAĠĠUSTA GĦAL BIDLA
5. Bidla fl-inkarigu b’liema modi tistaʼ taffettwana?
5 Kemm jekk naqdu f’Betel jew f’aspett ieħor fis-servizz full-time, aħna nistgħu nsiru nħobbu n-nies u anki l-pajjiż Mt. 10:23; 2 Kor. 11:28, 29) Ukoll, għandu mnejn ikun diffiċli ħafna li mmorru f’pajjiż differenti għax forsi jkollna naġġustaw għal kultura ġdida. Nistgħu anki nħossuna b’dal-mod jekk immorru lura f’pajjiżna stess. “La bqajna familjari mal-kultura u lanqas biex nippritkaw bil-lingwa tagħna stess,” jgħidu Robert u Mary Jo. “Minħabba li konna ilna ħafna naqdu f’pajjiż ieħor, ħassejna li konna qisna barranin f’pajjiżna stess.” Xi wħud li jkollhom bidla fl-inkarigu għandu mnejn jiffaċċjaw spejjeż li qabel ma kellhomx. Għalhekk, jistgħu jħossuhom inċerti, ansjużi, u skuraġġiti. X’jistaʼ jkun taʼ għajnuna?
fejn qed naqdu. Jekk għal xi raġuni jkollna nitilqu, qalbna tistaʼ tkun maqsuma. Aħna nimmissjaw lill-aħwa li se nħallu warajna, u ninkwetaw dwarhom, l-iktar jekk kellna nitilqu minħabba persekuzzjoni. (6. Kif nistgħu nibqgħu qrib Ġeħova?
6 Ibqaʼ qrib Ġeħova. (Ġak. 4:8) Kif nistgħu nagħmlu dan? Billi nafdaw fih bħala “Semmiegħ it-talb.” (Salm 65:2) “Ferrgħu qalbkom quddiemu,” jgħid Salm 62:8. Ġeħova jistaʼ jagħmel “bil-wisq iżjed minn dak kollu li nitolbu jew naħsbu.” (Efes. 3:20) Hu ma jipprovdilniex biss dak li nitolbuh. Hu jistaʼ jagħmel dak li mhux mistenni, iżjed minn kwalunkwe ħaġa li qatt ħsibna, biex isolvi l-problemi tagħna.
7. (a) X’se jgħinek tibqaʼ qrib Ġeħova? (b) Fi qbil maʼ Ebrej 6:10-12, x’se jkun ir-riżultat jekk nibqgħu naqdu lil Ġeħova lealment?
7 Biex tibqaʼ qrib Ġeħova, aqra l-Iskrittura kuljum u aħseb fil-fond fuqha. Ħu li kien missjunarju jgħid: “Ibqaʼ żomm maʼ skeda regolari tal-qima bħala familja u tal-preparazzjoni għal-laqgħat, eżatt kif kont tagħmel fl-inkarigu li kellek.” Ukoll, ibqaʼ agħmel dak kollu li tistaʼ fl-ippritkar tal-aħbar tajba fil-kongregazzjoni ġdida tiegħek. Ġeħova jiftakarhom lil dawk li jibqgħu jaqduh lealment, anki jekk ma jistgħux jagħmlu dak kollu li kienu jagħmlu qabel.—Aqra Ebrej 6:10-12.
8. Kif jistaʼ l-kliem fl-1 Ġwanni 2:15-17 jgħinek iżżomm ħajja sempliċi?
8 Żomm ħajja sempliċi. Tħallix l-ansjetajiet tad-dinja taʼ Satana “joħonqu” l-attivitajiet spiritwali tiegħek. (Mt. 13:22) Tismax min-nies li ma jaqdux lil Ġeħova jew minn ħbieb jew tal-familja, li biex jgħinuk jgħidulek li għandek taqlaʼ iktar flus għal ħajja aħjar. (Aqra l-1 Ġwanni 2:15-17.) Afda f’Ġeħova, li jwiegħed li se jagħtina dak li għandna bżonn ‘f’waqtu.’ Hu se jgħinna nżommu l-fidi tagħna b’saħħitha, nibqgħu kalmi, u se jagħtina l-affarijiet materjali li għandna bżonn.—Ebr. 4:16; 13:5, 6.
9. (a) Fi qbil maʼ Proverbji 22:3, 7, għala hu importanti li nevitaw dejn bla bżonn? (b) X’jistaʼ jgħinna nieħdu deċiżjonijiet għaqlin?
9 Evita dejn bla bżonn. (Aqra Proverbji 22:3, 7.) Bidla fl-inkarigu jew li tmur toqgħod f’pajjiż ieħor jistaʼ jirrikjedi l-flus, u dan malajr idaħħlek fid-dejn. Għalhekk, tissellifx flus għal affarijiet li m’għandekx verament bżonn. Jistaʼ jkun diffiċli niddeċiedu kemm se nissellfu flus meta nkunu f’sitwazzjoni stressanti, bħal pereżempju, jekk tkun qed tieħu ħsieb membru tal-familja marid. F’dawn is-sitwazzjonijiet, ftakar li ‘t-talb u s-suppliki’ jistgħu jgħinuk tieħu deċiżjonijiet għaqlin. Ġeħova jistaʼ jwieġeb it-talb tiegħek billi jgħinek tkun kalm ħalli tkun tistaʼ tiddeċiedi x’inhu l-aħjar li tagħmel.—Flp. 4:6, 7; 1 Pt. 5:7.
10. Kif tistaʼ tagħmel ħbieb ġodda?
10 Ibqaʼ qrib dawk li għandhom influwenza tajba fuqek. Aqsam is-sentimenti u l-esperjenzi tiegħek maʼ ħbieb tajbin, speċjalment maʼ dawk li għaddejjin minn sitwazzjoni simili. Li tagħmel dan jistaʼ jgħinek tħossok aħjar. (Ekk. 4:9, 10) Il-ħbieb li għamilt fl-inkarigu li kellek xorta se jibqgħu l-ħbieb tiegħek. Issa, fl-inkarigu l-ġdid, għandek bżonn tagħmel ħbieb ġodda. Ftakar li biex ikollok il-ħbieb, int trid tkun ħabib tajjeb. Kif tistaʼ tagħmel ħbieb ġodda? Għid lil oħrajn dwar l-esperjenzi pożittivi li kellek fis-servizz taʼ Ġeħova ħalli jkunu jistgħu jaraw il-ferħ tiegħek. Anki jekk xi wħud fil-kongregazzjoni ma jifhmux iż-żelu li għandek għas-servizz full-time, oħrajn jaf jinġibdu mill-eżempju u jsiru l-ħbieb tiegħek. Però, oqgħod attent, tiġbidx attenzjoni lejk jew lejn dak li wettaqt, u tiffokax fuq sentimenti negattivi.
11. Kif tistaʼ żżomm iż-żwieġ tiegħek ferħan?
11 Jekk intom miżżewġin, qatt twaħħlu f’xulxin jekk minħabba s-saħħa taʼ wieħed minnkom kellkom tieqfu mill-inkarigu. Ftakru li intom it-tnejn “ġisem wieħed,” u li wegħedtu quddiem Ġeħova li se tieħdu ħsieb xulxin f’kull ċirkustanza. (Mt. 19:5, 6) Jekk tlaqtu mill-inkarigu minħabba tqala mhux ippjanata, araw li t-tfal tagħkom ikunu jafu li huma iktar importanti għalikom mill-inkarigu. Għidulhom li tqisuhom bħala “premju” mingħand Alla. (Salm 127:3-5) Fl-istess ħin, irrakkontawlhom l-esperjenzi sbieħ li kellkom fl-inkarigu. Li tagħmlu dan jistaʼ jgħinhom jużaw ħajjithom fis-servizz taʼ Ġeħova kif għamiltu intom.
KIF OĦRAJN JISTGĦU JGĦINU
12. (a) Kif nistgħu ngħinu lil aħwa fis-servizz full-time jkomplu fl-inkarigi tagħhom? (b) Kif nistgħu ngħinuhom jaġġustaw fl-inkarigu l-ġdid tagħhom?
12 Ħafna kongregazzjonijiet kif ukoll aħwa individwali qed jagħmlu li jistgħu biex jgħinu lil aħwa fis-servizz full-time jibqgħu fl-inkarigi tagħhom. Dan jagħmluh billi jinkuraġġuhom ikomplu fix-xogħol tagħhom, billi jagħtuhom sapport finanzjarju jew materjali, u billi jieħdu ħsieb lill-membri tal-familja tagħhom li jgħixu ’l bogħod minnhom. (Gal. 6:2) Jekk qaddejja fis-servizz full-time jintbagħtu b’inkarigu ġdid fil-kongregazzjoni tiegħek, taħsibx li dan hu minħabba li għamlu xogħol ħażin jew għax għamlu xi ħaġa ħażina. * Minflok, għinhom jaġġustaw għall-bidla b’mod iktar faċli. Agħtihom merħba mill-qalb u faħħarhom għax-xogħol li għamlu, anki jekk ma jistgħux jagħmlu ħafna minħabba saħħa batuta. Sir afhom. Tgħallem mill-għarfien, mit-taħriġ, u mill-esperjenza kollha tagħhom.
13. X’għajnuna nistgħu nipprovdu lill-aħwa li jirċievu inkarigu ġdid?
13 Għall-bidu, dawk li jirċievu inkarigu ġdid għandu mnejn ikollhom bżonn l-għajnuna tiegħek biex isibu post, * U jistaʼ jkun li huma mdejqin għax jimmissjaw lill-ħbieb li kellhom fl-inkarigu taʼ qabel, avolja ma jitkellmux dwar dan. Jieħu ż-żmien biex jittrattaw maʼ dawn is-sentimenti, li jistgħu jkunu diffiċli.
trasport, xogħol, u bżonnijiet bażiċi oħra. Jistaʼ jkun li jkollhom bżonn ukoll informazzjoni aġġornata dwar kif japplikaw għas-sigurtà soċjali u kif iħallsu t-taxxa. Imma l-iktar ħaġa li jkollhom bżonn hi li nipprovaw nifhmu ċ-ċirkustanzi tagħhom. Huma jew xi ħadd fil-familja jistaʼ jkun li għandu problemi taʼ saħħa. Forsi huma mnikktin bit-telfa taʼ xi ħadd maħbub fil-mewt.14. L-aħwa fil-kongregazzjoni kif għenu lil oħt taġġusta fl-inkarigu l-ġdid tagħha?
14 Sadattant, is-sapport u l-eżempju tiegħek jistgħu jgħinuhom jaġġustaw. “Fl-inkarigu li kelli qabel, kont nikkonduċi studji tal-Bibbja kuljum,” tgħid oħt li għal ħafna snin qdiet f’pajjiż ieħor. “Fl-inkarigu l-ġdid tiegħi, anki biex taqra skrittura jew turi vidjow kien diffiċli. Imma l-aħwa fil-kongregazzjoni l-ġdida stidnuni mmur magħhom fuq żjajjar lura u studji. Iż-żelu u l-kuraġġ taʼ dawn l-aħwa li jikkonduċu studji tal-Bibbja għenuni nkun iktar pożittiva. Tgħallimt nibda konversazzjonijiet fit-territorju l-ġdid tiegħi. Dan kollu għenni nerġaʼ nsib il-ferħ.
IBQAʼ MIEXI ’L QUDDIEM!
15. Kif jistaʼ jkollok suċċess fl-inkarigu l-ġdid tiegħek?
15 Int jistaʼ jkollok suċċess fl-inkarigu l-ġdid tiegħek. Tqisx il-bidla bħala li għamilt xogħol ħażin fl-inkarigu li kellek jew li int m’għadekx utli. Aħseb dwar il-ħafna modi li Ġeħova qed jgħinek issa u ibqaʼ pprietka. Imita l-Kristjani leali tal-ewwel seklu. Huma “xandru l-aħbar tajba tal-kelma kulfejn marru.” (Atti 8:1, 4) L-isforzi tiegħek biex tibqaʼ tipprietka jistgħu jwasslu għal riżultati tajbin. Pereżempju, grupp taʼ pijunieri li ġew imkeċċijin minn pajjiż marru f’ieħor qrib, fejn ukoll kien hemm bżonn kbir taʼ wħud li jitkellmu bil-lingwa tagħhom. Fi ftit xhur, ġew ifformati gruppi ġodda.
16. Kif tistaʼ ssib il-ferħ f’inkarigu ġdid?
16 Neħemija qal lil-Lhud li l-ferħ li jiġi minn Ġeħova kien il-fortizza, jew il-qawwa, tagħhom. (Neħ. 8:10) L-iktar ħaġa li għandha tagħtina ferħ hi r-relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova, u mhux l-inkarigu, anki jekk inħobbuh. Għalhekk ibqaʼ qrib Ġeħova, u afda fl-għerf, fil-gwida, u fis-sapport tiegħu. Ftakar li int sirt tħobb l-inkarigu li kellek għax għamilt l-aħjar tiegħek biex tgħin lin-nies. Ibqaʼ agħmel l-isforz kollu tiegħek fl-inkarigu l-ġdid u ara kif Ġeħova jgħinek tħobbu wkoll.—Ekk. 7:10.
17. X’għandna niftakru dwar l-inkarigu li għandna bħalissa?
17 Għandna niftakru li aħna se naqdu lil Ġeħova għal dejjem, u dak li nagħmlu għalih issa jistaʼ ma jkunx dak li se nagħmlu għalih fid-dinja l-ġdida. Aleksey, li ssemma fil-bidu taʼ dan l-artiklu, jgħid li l-bidliet fl-inkarigu tiegħu qed jgħinuh jipprepara għal bidliet fil-futur. “Dejjem kont naf li Ġeħova u d-dinja l-ġdida huma reali,” jgħid hu. “Imma hu biss issa li verament inħossni qrib Ġeħova u jien konvint li d-dinja l-ġdida hi eżatt wara l-kantuniera.” (Atti 2:25) Għalhekk, hu x’inhu l-inkarigu tagħna, ejja nibqgħu qrib Ġeħova. Hu qatt mhu se jitlaqna, imma se jgħinna nsibu l-ferħ f’dak kollu li nagħmlu fis-servizz tiegħu, ikun fejn ikun.—Is. 41:13.
GĦANJA 90 Inkuraġġixxu lil xulxin
^ par. 5 Xi drabi, aħwa rġiel u nisa fis-servizz full-time jkollhom jitilqu l-inkarigu tagħhom jew jingħataw inkarigu ġdid. Dan l-artiklu jiddiskuti l-isfidi li huma jiffaċċjaw u x’jistaʼ jagħmilha eħfef għalihom biex jaġġustaw għaċ-ċirkustanzi ġodda tagħhom. Jiddiskuti wkoll kif oħrajn jistgħu jinkuraġġuhom u jissapportjawhom, kif ukoll prinċipji li jistgħu jgħinuna lkoll meta niffaċċjaw bidliet f’ħajjitna.
^ par. 4 B’mod simili, hekk kif jilħqu ċerta età, ħafna rġiel f’responsabbiltà taw l-inkarigi tagħhom lill-irġiel iżgħar. Ara l-artikli “Older Christians—Jehovah Treasures Your Loyalty,” fit-Torri tal-Għassa bl-Ingliż taʼ Settembru 2018, u “Żomm il-paċi tal-moħħ minkejja ċirkustanzi li jinbidlu,” fit-Torri tal-Għassa taʼ Ottubru 2018.
^ par. 12 L-anzjani tal-kongregazzjoni fejn kienu qed jaqdu dawn l-aħwa għandhom malajr kemm jistaʼ jkun jiktbu ittra li tintroduċi lil dawn l-aħwa, ħalli huma jkunu jistgħu jkomplu jaqdu bħala pijunieri, anzjani, jew qaddejja ministerjali mingħajr dewmien.
^ par. 13 Ara Stenbaħ! 2018 Nru. 3, bit-titlu “Għajnuna għal dawk li tilfu lil xi ħadd għażiż.”
^ par. 57 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Koppja li għal xi raġuni kellhom jitilqu mix-xogħol missjunarju tagħhom f’pajjiż barrani jsellmu lill-kongregazzjoni bid-dmugħ f’għajnejhom.
^ par. 59 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Lura f’pajjiżhom, l-istess koppja qed jitolbu kontinwament lil Ġeħova biex jgħinhom ikampaw mal-isfidi li jiffaċċjaw.
^ par. 61 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Bl-għajnuna taʼ Ġeħova, il-koppja jerġgħu lura fis-servizz full-time. Huma jużaw il-lingwa li tgħallmu bħala missjunarji biex jippritkaw l-aħbar tajba lill-immigranti li qegħdin fit-territorju tal-kongregazzjoni ġdida tagħhom.