Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Oleh_Slobodeniuk/E+ via Getty Images

Alla Jwiegħed li d-Dinja Mhux Se Tinqered

Alla Jwiegħed li d-Dinja Mhux Se Tinqered

“Id-dinja hi b’saħħitha iktar milli naħsbu.”

Dan hu dak li qal grupp taʼ riċerkaturi minn madwar id-dinja dwar il-bidla fil-klima. Jekk temmen li l-Ħallieq jimpurtah minna, dak li qalu r-riċerkaturi x’aktarx ifakkrek dwar il-ħafna modi kif Alla għamel id-dinja biex tirkupra weħidha.

Imma minħabba li l-bniedem laħaq għamel ħafna ħsara, id-dinja ma tistax tirkupra weħidha. Għala nistgħu nkunu ċerti li Alla se jagħmel xi ħaġa?

Ara kif l-iskritturi li hemm fil-kaxxa juruna b’mod ċar kif id-dinja se terġaʼ tirkupra u ma tinqeridx.

  • Alla ħalaq id-dinja. “Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art.”—Ġenesi 1:1

  • Id-dinja li ngħixu fiha hi t’Alla. “Id-dinja u kulma hemm fiha huma taʼ Ġeħova a.”—Salm 24:1

  • Alla għamel id-dinja b’mod li ma tinqeridx. “Int qegħedt l-art fuq il-pedamenti tagħha; din qatt mhu se tiċċaqlaq minn postha.”—Salm 104:5

  • Alla jwegħedna li l-ħajja fuq l-art se tibqaʼ għal dejjem.“L-Alla l-veru, Dak li sawwar l-art u li għamilha, . . . ma ħalaqhiex sempliċement għalxejn, li sawwarha biex tkun abitata.” —Isaija 45:18

  • Alla jwegħedna li n-nies se jibqgħu jgħixu fuq l-art għal dejjem. “In-nies sewwa se jirtu l-art, u jgħixu fiha għal dejjem.”—Salm 37:29

Alla ħalaq id-dinja b’mod tal-għaġeb biex in-nies ikunu jistgħu jgawduha mingħajr ma jagħmlulha ħsara. Il-Bibbja tgħidilna li meta jkun il-waqt, Alla Ġeħova se jeqred lin-nies egoisti li qed jagħmlu l-ħsara lid-dinja.—Rivelazzjoni 11:18

Il-Bibbja turina li Alla se jbiddel id-dinja f’ġenna tal-art u se ‘jiftaħ idejh u jaqtaʼ x-xewqa taʼ kull ħaġa ħajja.’ —Salm 145:16

a Ġeħova hu l-isem t’Alla.—Salm 83:18.