X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?
X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?
◼ Għal millennji sħaħ, il-filosfi, it-teoloġi, u n-nies in ġenerali tħabtu mal-mistoqsija t’hawn fuq. L-isforzi tagħhom kienu għalxejn. Għalhekk, ħafna waslu għall-konklużjoni li din il-mistoqsija ma tistax titwieġeb. Madankollu, hemm tweġiba. Għalkemm hija komplessa, m’hijiex diffiċli.
It-tweġiba tinsab fil-Bibbja. Fattur importanti biex ingawdu ħajja hienja u mimlija tifsir huwa li nitgħallmu għala Alla ppermetta daqstant sofferenza u inġustizzja, u mbagħad niżviluppaw relazzjoni xierqa miegħu. Iżda kif nistgħu nagħmlu dan? Il-browxer taʼ 32 paġna X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tistaʼ Ssibu? għen lil ħafna biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.
Jekk tixtieq li jkollok kopja, imla l-kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-indirizz muri fuq il-kupun jew f’indirizz adattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Mingħajr obbligu, nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-ktieb X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tistaʼ Ssibu?
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.