GĦIX BĦALA KRISTJAN
Sakemm l-Irxoxt Isir Realtà
Meta jmut xi ħadd li nħobbu, aħna nsibu faraġ fit-tama tal-irxoxt. Xorta waħda, id-dnub u l-mewt huma bħal kutra tqila li tifgana. (Is 25:7, 8) Din hi raġuni waħda għala “l-ħolqien kollu għadu jokrob u jħoss l-uġigħ flimkien.” (Rum 8:22) Kif nistgħu nkampaw mat-telfa taʼ xi ħadd li nħobbu sakemm l-irxoxt isir realtà? Il-Kelma t’Alla fiha prinċipji li jistgħu jgħinuna.
ARA L-VIDJOW META XI ĦADD LI TĦOBB IMUT, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Liema wġigħ esperjenzaw Danielle u Masahiro u Yoshimi?
-
Kif għenuhom ħames suġġerimenti prattiċi?
-
Min hu l-aqwa Sors tal-faraġ?—2Ko 1:3, 4