Privacy Settings

To provide you with the best possible experience, we use cookies and similar technologies. Some cookies are necessary to make our website work and cannot be refused. You can accept or decline the use of additional cookies, which we use only to improve your experience. None of this data will ever be sold or used for marketing. To learn more, read the Global Policy on Use of Cookies and Similar Technologies. You can customize your settings at any time by going to Privacy Settings.

Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IRSISTI FIL-MINISTERU | ŻID IL-FERĦ TIEGĦEK FIL-MINISTERU

Aċċetta l-Għajnuna Mingħand Ħutek

Aċċetta l-Għajnuna Mingħand Ħutek

Biex jgħinna, Ġeħova pprovdielna “l-fratellanza kollha” taʼ ħutna. (1Pt 5:9) Huma jistgħu jgħinuna niffaċċjaw b’suċċess l-isfidi fil-ministeru. Pereżempju, l-appostlu Pawlu bbenefika mill-għajnuna t’Akwila u Prixilla, Sila, Timotju, u oħrajn.—At 18:1-5.

Ħutek kif jistgħu jgħinuk fil-ministeru? Huma jistgħu jagħtuk suġġerimenti prattiċi dwar kif tegħleb oġġezzjonijiet, tagħmel żjajjar lura, jew toffri u tikkonduċi studji tal-Bibbja. Aħseb f’xi ħadd fil-kongregazzjoni tiegħek li jistaʼ jagħtik l-għajnuna li għandek bżonn, imbagħad itlobhielu. Bla dubju, it-tnejn li intom se ssibuha taʼ benefiċċju u tferrħu lil xulxin.—Flp 1:25.

ARA L-VIDJOW ESPERJENZA L-FERĦ TAʼ LI TAGĦMEL DIXXIPLI—AĊĊETTA L-GĦAJNUNA TAʼ ĠEĦOVA—ĦUTNA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Xena mill-vidjow “Esperjenza l-Ferħ taʼ li Tagħmel Dixxipli—Aċċetta l-Għajnuna taʼ Ġeħova—Ħutna.” Neeta, flimkien m’oħt oħra, tistudja l-Bibbja maʼ Jade.

    Neeta kif ipprovat tinkuraġġixxi lil Jade biex tattendi laqgħa tal-kongregazzjoni?

  • Xena mill-vidjow “Esperjenza l-Ferħ taʼ li Tagħmel Dixxipli—Aċċetta l-Għajnuna taʼ Ġeħova—Ħutna.” Abigay, li magħha kien hemm Neeta, tgħid lil Jade li kienet fi grupp mużikali.

    Għala għandna nistiednu lil pubblikaturi oħra biex jiġu fuq studju tal-Bibbja magħna?

  • Xena mill-vidjow “Esperjenza l-Ferħ taʼ li Tagħmel Dixxipli—Aċċetta l-Għajnuna taʼ Ġeħova—Ħutna.” Abigay tistudja l-Bibbja maʼ Jade meta ma kienx hemm Neeta.

    Jeħtieġ kongregazzjoni biex tagħmel dixxiplu

    X’kellhom komuni bejniethom Jade u Abigay?

  • X’tattiki jistgħu jgħallmuk ħutek għal waqt il-ministeru?