Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-Abbiltajiet Tagħna fil-Ministeru—Nagħtu Xhieda Permezz taʼ Kamera Jew Interkom

Intejbu l-Abbiltajiet Tagħna fil-Ministeru—Nagħtu Xhieda Permezz taʼ Kamera Jew Interkom

GĦALA HU IMPORTANTI: Hekk kif it-​teknoloġija tkompli tavvanza u l-​kriminalità tkompli tiżdied, in-​nies qed jużaw iżjed kameras u interkoms biex iħossuhom safe fi djarhom. Jistaʼ jkun li nħossuna nervużi meta nipprovaw naqsmu l-​aħbar tajba maʼ xi ħadd li jistaʼ jarana imma aħna ma nistgħux narawh. Il-​punti li ġejjin se jgħinu biex inħossuna iktar kunfidenti hekk kif nagħtu xhieda permezz taʼ kamera jew interkom.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Kun pożittiv. Ħafna min-​nies li għandhom kamera jew interkom huma lesti li jitkellmu magħna

  • Ftakar li xi kameras jibdew jirrekordjawk qabel ma ċċempel, u b’hekk l-​inkwilin ikun jistaʼ jarak u jisimgħek meta tersaq qrib il-​bieb

  • Meta l-​inkwilin iwieġeb, tkellem fil-​kamera daqslikieku qed tkellem lilu personali. Tbissem u uża ġesti naturali. Għid l-​istess kliem li kont ippreparajt. Jekk hemm kamera, ħallih jarak sew. U jekk l-​inkwilin ma jirrispondix, tħallix messaġġ

  • Ftakar li għalkemm il-​konversazzjoni tkun spiċċat mal-​inkwilin, x’aktarx xorta jkun jistaʼ jarak u jisimgħek