L-erbaʼ rikkieba taż-żwiemel
Ġesù “ħareġ jirbaħ” billi ggwerra kontra Satana u d-demonji tiegħu fis-sema u waddabhom għal fuq l-art. Ġesù jkompli jirbaħ għall-benefiċċju tal-qaddejja tiegħu billi jgħinhom u jipproteġihom matul dawn l-aħħar jiem. Hu se “jtemm ir-rebħa tiegħu” meta jtemm it-tiġrija tat-tliet rikkieba oħra f’Armageddon u wara dan se jneħħi l-effetti tat-tiġrija qerrieda tagħhom.