Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kun Bħal Ġużeppi—Aħrab l-Immoralità

Kun Bħal Ġużeppi—Aħrab l-Immoralità

Ġużeppi hu t’eżempju tajjeb għalina jekk aħna niġu ttantati nikkommettu l-​immoralità sesswali. Kull darba li mart sidu ppruvat tittantah biex jorqod magħha, hu rrifjuta. (Ġen 39:7-10) Hu weġibha: “Kif nistaʼ jien nagħmel dan il-​ħażen hekk kbir u nidneb kontra Alla?” B’hekk wera li diġà kien ħaseb dwar il-​ħarsa taʼ Ġeħova lejn il-​lealtà fiż-​żwieġ. Dan għenu meta kien f’sitwazzjoni fejn setaʼ ġie ttantat biex jikkommetti l-​immoralità. Minflok ma qagħad hemmhekk u ħalla lil mart sidu tagħmilhielu diffiċli biex jagħmel dak li hu tajjeb, hu ħarab.—Ġen 39:12; 1Ko 6:18.

ARA L-​VIDJOW AĦRAB L-​IMMORALITÀ, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Jim liema sitwazzjoni ffaċċja?

  • Meta Melissa staqsiet lil Jim biex jgħinha fil-​homework tal-​maths, Jim xi staqsa lilu nnifsu?

  • Jim kif ħassu dwar dak li riedet Melissa?

  • Jim kif sab l-​għajnuna?

  • Jim x’għamel biex jaħrab l-​immoralità?

  • X’lezzjonijiet tgħallimt minn dan il-​vidjow?