5-11 taʼ Mejju
PROVERBJI 12
Għanja 101 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Meta Taħdem Iebes Se Tħossok Sodisfatt
(10 min.)
Taħlix il-ħin fuq affarijiet li ma jiswew xejn (Pr 12:11)
Aħdem iebes u agħmel l-aħjar tiegħek (Pr 12:24; w16.06 30 ¶5)
Se tiġi ppremjat għax-xogħol iebes li tagħmel (Pr 12:14)
SUĠĠERIMENT: Jekk naħsbu kif ix-xogħol iebes li nagħmlu jgħin lil oħrajn, se nħossuna sodisfatti.—At 20:35; w15 2/1 5 ¶4-6.
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
-
Pr 12:16—Il-prinċipju f’dan il-vers kif jistaʼ jgħin biex persuna tkun soda waqt li tissaporti sitwazzjoni diffiċli? (ijwyp artiklu 95 ¶10-11)
-
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Pr 12:1-20 (th studju 5)
4. Ibda Konversazzjoni
(2 min.) MINN DAR GĦAL DAR. (lmd lezzjoni 1 punt 4)
5. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Offri studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 5 punt 4)
6. Kompli Ibni l-Interess
(3 min.) XHIEDA INFORMALI. Uri l-website tagħna lil persuna li għandha t-tfal. (lmd lezzjoni 9 punt 3)
7. Spjega Dak li Temmen
(3 min.) Turija. ijwfq artiklu 3—Tema: Intom Temmnu li l-Unika Reliġjon Vera Hija Tagħkom? (lmd lezzjoni 4 punt 3)
Għanja 21
8. Niffaċċjaw Problemi taʼ Flus bl-Għajnuna taʼ Ġeħova
(15 min.) Diskussjoni.
Int tinkwieta jekk hux se ssib xogħol, li se titlef ix-xogħol, jew li mhux se jkollok biżżejjed flus issa jew meta tikber? Is-sistema ekonomika taʼ din id-dinja malajr tistaʼ tinbidel. Però, Ġeħova jagħtina garanzija li jekk inpoġġu lilu l-ewwel f’ħajjitna, hu dejjem se jieħu ħsieb dak li jkollna bżonn. Ġeħova se jagħmel dan anki jekk iċ-ċirkustanzi jinbidlu u ma nkunux nistgħu naqilgħu biżżejjed flus.—Sa 46:1-3; 127:2; Mt 6:31-33.
Uri l-VIDJOW Ġeħova Qatt Ma Ddiżappuntana. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
-
X’titgħallem mill-esperjenza taʼ Ħuna Alvarado?
Aqra 1 Timotju 5:8. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
-
Dan il-vers kif isaħħaħlek il-fidi li Ġeħova dejjem jieħu ħsieb lil dawk li jqimu lilu?
Ara xi prinċipji mill-Bibbja li se jgħinuk meta jkollok problemi taʼ flus:
-
Żomm ħajtek sempliċi. Naqqas dejn u spejjeż bla bżonn.—Mt 6:22
-
Ħu deċiżjonijiet dwar ix-xogħol u l-iskola li jħalluk tagħmel l-affarijiet spiritwali l-ewwel post f’ħajtek.—Flp 1:9-11
-
Kun umli u kun lest li taddatta. Jekk titlef ix-xogħol kun lest li tagħmel kull tip taʼ xogħol ieħor, anki jekk in-nies iqisuh li mhux xogħol tajjeb. B’hekk se tkun tistaʼ tipprovdi dak li jkollha bżonn il-familja tiegħek.—Pr 14:23
-
Kun lest li taqsam m’oħrajn anki jekk m’għandekx ħafna.—Lh 13:16
9. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) bt kap. 26 ¶1-8, kaxxi f’pp. 204, 208