GĦIX BĦALA KRISTJAN | AGĦMEL MIRI GĦAS-SENA TAʼ SERVIZZ ĠDIDA
Ix-Xogħol taʼ Pijunier
Aħna nużaw l-enerġija tagħna tajjeb meta nagħmlu miri biex nagħmlu iżjed għal Ġeħova. (1Ko 9:26) Il-miri jgħinuna nużaw il-ħin tagħna bl-aħjar mod fil-ftit żmien li baqaʼ f’din is-sistema. (Ef 5:15, 16) Għala ma tagħmilx miri għas-sena taʼ servizz li ġejja fil-qima bħala familja? Biex tgħinek, din il-ħarġa tal-fuljett għall-istudju tal-laqgħa fiha artikli dwar diversi miri li tistaʼ tikkunsidra bit-talb.—Ġk 1:5.
Pereżempju, tistaʼ l-familja kollha taħdem flimkien biex tgħin lil imqar persuna waħda ssir pijunier regulari? Jekk m’intix ċert jekk hux se jirnexxilek tlaħħaq is-sigħat, kellem lil xi pijunieri li għandhom ċirkustanzi bħal tiegħek. (Pr 15:22) Forsi tistaʼ wkoll tintervista lil xi pijunier matul il-qima bħala familja. Imbagħad ikteb xi skedi li jistaʼ jkollok. Jekk fil-passat int kont pijunier, aħseb jekk iċ-ċirkustanzi jippermettulekx tagħmel dan issa.
Jistgħu xi membri tal-familja tiegħek jagħmlu pijunier awżiljarju għal xahar jew iktar? Jekk m’għandekx ħafna enerġija, int tistaʼ tagħmel pijunier awżiljarju billi tqattaʼ ftit ħin kuljum fil-ministeru. Jekk m’għandekx biżżejjed ħin biex tmur tipprietka fost il-ġimgħa għaliex taħdem full-time jew għadek l-iskola, forsi tistaʼ tagħżel xahar li fih festa pubblika jew ħames weekends. Fuq kalendarju, immarka meta tippjana li tagħmel pijunier awżiljarju u ikteb skeda.—Pr 21:5.
ARA L-VIDJOW KUN KURAĠĠUŻ BĦALA . . . PIJUNIER, U MBAGĦAD WIEĠEB DIN IL-MISTOQSIJA:
-
L-esperjenza taʼ Oħtna Aamand x’tgħallimna dwar kemm Ġeħova bi mħabba jieħu ħsieb dawk li jagħmlu sagrifiċċji bħala pijunieri?