Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ġeħova Jipproteġi lill-Poplu Tiegħu

Ġeħova Jipproteġi lill-Poplu Tiegħu

L-​ewwel Qbiż kienet festa importanti ħafna. Dak il-​lejl, wara li l-​Fargħun induna li l-​ewwel imwieled tiegħu kien mejjet, hu qal lil Mosè u Aron: “Qumu, oħorġu minn qalb il-​poplu tiegħi, kemm intom u kemm l-​ulied l-​oħrajn taʼ Israel, u morru aqdu lil Ġeħova, sewwasew bħalma għedtu.” (Eżo 12:31) Ġeħova wera li hu jipproteġi l-​poplu tiegħu.

L-​istorja tal-​poplu t’Alla mill-​bidu tas-​seklu 20 turi li Ġeħova qed ikompli jiggwidah u jipproteġih. Wieħed jistaʼ jara dan f’mużew jismu “Poplu għal Isem Ġeħova” fil-​kwartieri ġenerali.

ARA L-​VIDJOW ŻJARA FIL-​MUŻEWIJIET TAʼ WARWICK: “POPLU GĦAL ISEM ĠEĦOVA,” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Liema invenzjoni ġdida bdew jużaw l-​Istudenti tal-​Bibbja fl-​1914 biex il-​fidi tan-​nies fil-​Bibbja tissaħħaħ, u kemm kienet taʼ suċċess?

  • Liema provi tal-​fidi seħħew fl-​1916 u l-​1918, u x’wera li Ġeħova kien qed jidderieġi l-​organizzazzjoni?

  • Il-​poplu taʼ Ġeħova kif baqaʼ juri fidi minkejja l-​oppożizzjoni?

  • Fl-​1935, liema fehma ġdida kellhom in-​nies taʼ Ġeħova, u din kif affettwathom?

  • Jekk int żort dan il-​mużew jew l-​Uffiċċju tal-​Fergħa lokali, x’rajt li saħħaħlek il-​fidi li Ġeħova qed jiggwida u jipproteġi lin-​nies tiegħu?