“Ibqgħu farrġu lil xulxin u ibnu lil xulxin”
Kull Kristjan għandu l-abbiltà li jinkuraġġixxi lil oħrajn. Pereżempju, aħna ninkuraġġixxu lill-Kristjani sħabna meta lealment nattendu l-laqgħat u nieħdu sehem fil-ministeru, forsi “b’taħbit kbir” minħabba saħħa batuta jew diffikultajiet oħra. (1Te 2:2) Ukoll, jekk naħsbu minn qabel dwar x’se ngħidu jew anki nagħmlu xi riċerka, aħna nkunu nistgħu nikkonslaw lill-adoraturi sħabna li jkollhom bżonn l-inkuraġġiment.
Fejn tistaʼ ssib informazzjoni t’għajnuna dwar kif tinkuraġġixxi lil xi ħadd li għandu problema speċifika?
Lil min tixtieq tinkuraġġixxi fil-kongregazzjoni tiegħek?