GĦIX BĦALA KRISTJAN
L-ippritkar u t-tagħlim—Essenzjali biex nagħmlu dixxipli
Ġesù ta l-kmand lis-segwaċi tiegħu biex imorru u jagħmlu dixxipli. (Mt 28:19) Dan jinvolvi l-ippritkar u t-tagħlim. Minn żmien għal żmien, ilkoll għandna nsaqsu lilna nfusna, ‘Kif nistaʼ ntejjeb dawn l-aspetti importanti taʼ kif nagħmlu dixxipli?’
L-IPPRITKAR
Minflok ma nistennew li n-nies jiġu għandna, aħna għandna nfittxu b’mod żeluż lil dawk li ‘jistħoqqilhom.’ (Mt 10:11) Meta nieħdu sehem fil-ministeru, noqogħdu aħna attenti li naħtfu l-opportunitajiet biex nitkellmu maʼ dawk li “jinzertaw hemmhekk”? (At 17:17) Lidja saret dixxiplu minħabba li l-appostlu Pawlu prietka b’mod diliġenti.—At 16:13-15.
“Iżraʼ ż-żerriegħa tiegħek fil-għodu u tħallix idek tistrieħ sa fil-għaxija” (Ek 11:6)
ARA L-VIDJOW IBQAʼ PPRIETKA “BLA HEDA”—B’MOD INFORMALI U MINN DAR GĦAL DAR, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Fil-ħajja taʼ kuljum, Samuel kif wera li kien jaħtaf kull opportunità biex jiżraʼ ż-żerriegħa tal-verità?
-
Għala m’għandniex naqtgħu qalbna milli nippritkaw b’kull mod?
-
Maʼ min għandek mnejn titkellem dwar il-messaġġ tas-Saltna fil-ħajja taʼ kuljum?
IT-TAGĦLIM
Sabiex nagħmlu dixxipli, mhuwiex biżżejjed li nħallu l-letteratura man-nies. Biex ngħinuhom jagħmlu progress spiritwali, irridu nagħmlu żjajjar lura u nikkonduċu studji tal-Bibbja. (1Ko 3:6-9) Imma xi ngħidu jekk nagħmlu l-almu tagħna biex ngħallmu l-verità tas-Saltna lil xi ħadd u xorta ma jkunx hemm riżultati tajbin? (Mt 13:19-22) Aħna għandna nibqgħu nfittxu lil dawk li qalbhom hi bħal “ħamrija tajba.”—Mt 13:23; At 13:48.
“Jien ħawwilt, Apollo saqqa, imma Alla baqaʼ jkabbar” (1Ko 3:6)
ARA L-VIDJOW IBQAʼ PPRIETKA “BLA HEDA”—F’POSTIJIET PUBBLIĊI U AGĦMEL DIXXIPLI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Solomon u Mary, kif saqqew iż-żerriegħa tal-verità fil-qlub taʼ Ezekiel u Abigail?
-
X’għandha tkun il-mira tagħna f’kull aspett tal-ministeru, anki meta nagħtu xhieda f’postijiet pubbliċi?
-
Li ngħallmu l-verità lil oħrajn, kif nistgħu nagħtuh iktar importanza?