GĦANJA 62
L-għanja l-ġdida
(Salm 98)
-
1. Għannu bil-kuraġġ Din l-għanja ġdida taʼ tifħir.
Għidu dwar xogħ’l Alla, Li sar u lʼgħad isir.
Faħħru d-driegħ setgħan; Għax Alla tagħna hu rebbieħ.
Għan-nom tal-ġustizzja,
Is-sewwa jġib bis-sħiħ.
(RITORNELL)
Inkantaw!
Din l-għanja taʼ serħan!
Inkantaw!
Ġeħova hu s-Sultan!
-
2. Lissnu kant taʼ ferħ, Lil Alla tagħna is-Sultan!
Onoraw lil ismu U għannu b’mod ferħan.
Għannu lkoll flimkien Mal-folla lill-Mulej tant kbir.
L-arpa, l-qarn, u t-tromba,
Jindaqqu lkoll b’tifħir.
(RITORNELL)
Inkantaw!
Din l-għanja taʼ serħan!
Inkantaw!
Ġeħova hu s-Sultan!
-
3. Ħallu l-ibħra kbar U kulma fihom ifaħħruh.
Mal-ħolqien ningħaqdu, U glorja b’ferħ nagħtuh.
Tifraħ l-art ukoll, Kull xmara ċċapċap fil-widien.
Kull muntanja w għolja,
’Lkoll jgħannu kullimkien.
(RITORNELL)
Inkantaw!
Din l-għanja taʼ serħan!
Inkantaw!
Ġeħova hu s-Sultan!
(Ara wkoll Salm 96:1; 149:1; Is. 42:10.)