GĦANJA 48
Kuljum nimxu maʼ Ġeħova
-
1. Id f’id mal-għażiż Missierna,
Miegħu nimxu lkoll kuljum ġwejdin.
Bil-qalb tajba mhix mistħoqqa
Hu jurina jekk fis-sew mexjin!
Lilna pprovda l-mezz bi mħabbtu
Biex ħbieb tiegħu nibqgħu żgur.
B’hekk niddedikaw irwieħna;
Minn Ġeħova ħadd m’għandu jdur.
-
2. Ix-Xitan jirrabja ħafna
Hekk kif tmiem id-dinja fil-viċin.
Niffaċċjaw oppożizzjoni;
Tistaʼ ġġegħ’lna nkunu beżgħanin.
Imma hu taʼ kenn Ġeħova;
Qribu rridu nibqgħu żgur
Biex għal dejjem naqdu lilu.
B’lealtà imħabbitna tfur.
-
3. Alla pprovda tant għajnuna
Tana ’l Kelmtu u l-ispirtu wkoll,
Tana il-kongregazzjoni,
Tana t-talb li bih jismagħna lkoll.
Hekk kif nimxu maʼ Ġeħova,
Jgħinna nagħmlu kulm’hu sew,
Jgħinna nkunu ferm leali
Hekk kif b’mod modest nitmexxew.
(Ara wkoll Ġen. 5:24; 6:9; 1 Slat. 2:3, 4.)