GĦANJA 40
Taʼ min aħna?
-
1. Int taʼ min int tassew?
Liem’alla qed tobdi llum?
Hu sidek dak li int tgħix għalih.
Hu alla tiegħek jekk taqdih.
Devot lejn żewġ allat
Żgur ma tistaʼ tkun int qatt.
Il-qalb se tmexxik biex tagħżel is-sid,
B’hekk int trid tkun preparat.
-
2. Int taʼ min int tassew?
Liem’alla se tobdi llum?
Għax wieħed hu veru w l-ieħor mhux;
F’idejk hi l-għażla, biss iddumx.
Se tibqaʼ int devot
Lejn gvern jew xi sid uman?
Jew t’Alla l-Ħallieq se ssegwi it-triq
U tqimu bħala s-Sovran?
-
3. Jien taʼ min jien tassew?
Se nobdi ’l Ġeħova llum.
Se naqdi ’l Missieri fis-smewwiet
U l-wegħdi rrodd bl-azzjonijiet.
Hu xtrani bi prezz kbir;
Devot lejh kemm ħaj indum.
Lil ħajti nagħtih, naqdih jien bis-sħiħ;
Ġieħ nagħti ’l ismu kuljum.
(Ara wkoll Ġoż. 24:15; Salm 116:14, 18; 2 Tim. 2:19.)