GĦANJA 34
Nimxu bl-integrità
(Salm 26)
-
1. Għarbilni Jah, ara il-lealtà;
Fiduċja għandi fik u nżomm l-integrità.
Eżaminani u pprovani sew,
Irfina ’l-moħħ u ’l-qalb, berikni int tassew.
(RITORNELL)
Determinat li għall-eternità
se nibqaʼ sod bħall-blat f’li nżomm l-integrità.
-
2. Jien ma noqgħodx maʼ dak li hu giddieb.
Ma’ min is-sew jistmerr żgur qatt ma nagħmel ħbieb.
Mal-ġellidin, jekk jogħġbok, teqridnix;
Ma’ dawk li jħobbu l-qerq, Ġeħova tħallatnix.
(RITORNELL)
Determinat li għall-eternità
se nibqaʼ sod bħall-blat f’li nżomm l-integrità.
-
3. Wisq nieħu gost li ngħammar f’darek jien.
Il-qima pura ferm nappoġġja bla waqfien.
F’kull ħin inkun madwar artalek kbir
Biex jien nirringrazzjak; fl-art kollha ntik tifħir.
(RITORNELL)
Determinat li għall-eternità
se nibqaʼ sod bħall-blat f’li nżomm l-integrità.
(Ara wkoll Salm 25:2.)