GĦANJA 158
‘Mhux Se Jkun Tard’!
1. L-art mimlija ġmiel,
kollox lilna tajt.
Ix-xogħ’l taʼ idejk
b’paċenzja ddisinjajt.
Xejn ma tħalla sew,
tmiem għall-gwaj int trid.
Tistenna l-mument
biex tagħmel kollox ġdid.
(RITORNELL)
Ma rridu qatt negħjew,
b’hekk għinna nistennew
Biex ngħixu f’Ġenna tal-art.
Tiegħek il-jum ġej żgur;
minn kelmtek qatt ma ddur.
Anki jekk naħsbu li jdum,
‘Mhuwiex se jkun tard’!
2. B’fidi nistennew
tagħna l-maħbubin.
Ġeħova, int trid
mill-ġdid tar’hom ħajjin.
Nafu, O Missier,
kemm lil dawn ħabbejt.
Agħtina kuljum
paċenzja bħalma wrejt.
(RITORNELL)
Ma rridu qatt negħjew,
b’hekk għinna nistennew
Biex ngħixu f’Ġenna tal-art.
Tiegħek il-jum ġej żgur;
minn kelmtek qatt ma ddur.
Anki jekk naħsbu li jdum,
‘Mhuwiex se jkun tard’!
3. Tfittex tibqʼ għal min
għandu l-umiltà.
It-tama tagħtih
biex jgħix eternità.
Naqsmu l-verità,
ferħ dan lilna jġib.
Il-ħin sew nużaw;
lejk nersqu iktar qrib.
(RITORNELL)
Ma rridu qatt negħjew,
b’hekk għinna nistennew
Biex ngħixu f’Ġenna tal-art.
Tiegħek il-jum ġej żgur;
minn kelmtek qatt ma ddur.
Anki jekk naħsbu li jdum,
‘Mhuwiex se jkun tard’!
Għinna, Missier, nistennew!
(Ara wkoll Kolossin 1:11.)