Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 146

“Nagħmel kollox ġdid”

“Nagħmel kollox ġdid”

(Rivelazzjoni 21:1-​5)

  1. 1. F’daż-​żmien it-​tmexxija taʼ Alla ntweriet.

    Ġesù jmexxi fil-​glorja tas-​smewwiet.

    Is-​sema indaf, tkeċċa ix-​Xitan,

    Dalwaqt hawn fuq l-​art se jseħħ t’Alla l-​għan.

    (RITORNELL)

    It-​tinda t’Alla mal-​bnedmin;

    Bih magħna aħna ferħanin.

    Uġigħ ma ssibx hemm, lanqas m’hemm inkwiet,

    Xejn biki w mard, se jeqred hu l-​imwiet;

    Għax Alla qal: “Qed nagħmel kollox ġdid.”

    Dal-​kliem veru u taʼ ġid.

  2. 2. Ħa jilmħu ’l Ġerusalemm Ġdida bla xkiel,

    L-​għarusa li għall-​Ħaruf tleqq b’tant ġmiel.

    Imżejn’għall-​Għarus b’ħaġar ferm prezzjuż,

    Għaliha Ġeħova jkun dawl glorjuż.

    (RITORNELL)

    It-​tinda t’Alla mal-​bnedmin;

    Bih magħna aħna ferħanin.

    Uġigħ ma ssibx hemm, lanqas m’hemm inkwiet,

    Xejn biki w mard, se jeqred hu l-​imwiet;

    Għax Alla qal: “Qed nagħmel kollox ġdid.”

    Dal-​kliem veru u taʼ ġid.

  3. 3. Dil-​belt tant grandjuża ġġib għaxqa ’l-​bnedmin,

    U tagħha l-​bibien miftuħin f’kull ħin.

    Warajha se jimxu n-​nazzjonijiet,

    Dawlitha lkoll nuru bl-​azzjonijiet.