Għanja 41
Qim lil Ġeħova Matul iż-Żgħożija
1. Intom prezzjużi għal Alla, O wlied;
U mħabbtu lejkom żgur qatt ma falliet.
Lilek bi mħabba jixtieq jieħu ħsieb,
Dan permezz tagħna, l-familja, u l-ħbieb.
2. Il-ġenituri unur jingħataw,
Jekk xejn ma tagħmel li bih jinkwetaw.
Jekk approvat tkun minn Jah u l-bnedmin,
B’ferħ jiem żgħożitek ikunu mżewqin.
3. ’L Alla f’dal-jiem agħtih prijorità;
Saħħaħ imħabbtek int għall-verità.
Dedikazzjoni lil Alla ġġib dan:
Ferħ f’qalb Ġeħova l-Kbir, tagħna s-Sultan.
(Ara wkoll Salm 71:17; Lam. 3:27; Efes. 6:1-3.)