Għanja 2
Niżżuk Ħajr Ġeħova
1. Niżżuk ħajr Ġeħova, billejl u binhar,
Għax int tajtna d-dawl tant prezzjuż u ċar.
Ħajr lilek għax tajtna l-unur kbir tat-talb,
Bih nersqu lejk nistgħu b’kull ħsieb mill-qalb.
2. Niżżuk ħajr Ġeħova, għal Ibnek maħbub,
Lid-dinja hu rebaħ u anki d-dnub.
Ħajr lilek għax gwida tagħtina ilkoll;
Int tgħinna inżommu il-wegħdi wkoll.
3. Niżżuk ħajr O Alla għall-ferħ tax-xandir
Dwar il-verità u dwar ismek kbir.
Ħajr lilek għax l-għawġ kollu fl-art tkun warrabt;
Tas-Saltna l-barkiet int se tkun sawwabt.
(Ara wkoll Salm 50:14; 95:2; 147:7; Kol. 3:15.)