Għanja 102
Kanta Magħna l-Għanja tas-Saltna!
1. Din hija għanja taʼ ferħ kbir u rebħa;
Li ġġib unur lil Dak li hu suprem.
Din toffri tama, tqanqlek tkun leali.
Bis-Saltna tgħaxxaq, magħna f’kant ħu seh’m:
(KOR)
‘Ejja int qim Lill-kbir Sovran.
Li ibnu Re; Ngħidulhom b’dan!
Din l-għanja dwar is-Saltna b’ħeġġa tgħallem;
Ġieħ ’l Alla agħti, faħħar ’l ismu l-kbir.’
2. B’din l-għanja ġdida, s-Saltna inħabbrulhom
Li Kristu jaħkem din l-art mis-smewwiet.
Nazzjon ġdid twieled għax hekk ġie imbassar;
Li jilqaʼ s-Saltna għax taʼ din werriet:
(KOR)
‘Ejja int qim Lill-kbir Sovran.
Li ibnu Re; Ngħidulhom b’dan!
Din l-għanja dwar is-Saltna b’ħeġġa tgħallem;
Ġieħ ’l Alla agħti, faħħar ’l ismu l-kbir.’
3. Tas-Saltna l-għanja, l-umli jistaʼ jkanta.
Kliem ċar b’tidwil li jġorr messaġġ tant bnin.
Madwar l-art kollha, folol kbar tgħallmuha,
Lil nies oħrajn jistiednu dawn qegħdin:
(KOR)
‘Ejja int qim Lill-kbir Sovran.
Li ibnu Re; Ngħidulhom b’dan!
Din l-għanja dwar is-Saltna b’ħeġġa tgħallem;
Ġieħ ’l Alla agħti, faħħar ’l ismu l-kbir.’
(Ara wkoll Salm 95:6; 1 Pt. 2:9, 10; Riv. 12:10.)