Għanja 88
It-Tfal Huma Wirt Mingħand Alla
1. Meta ssiru ġenituri
Ta’ tarbija li fid-dinja tkun ġiet,
B’wirt ġejtu fdati, ibqgħu ftakru;
Mhumiex biss tagħkom dawn l-ulied.
Din l-għotja ġejja minn Ġeħova,
Is-Sors taʼ mħabba vera u l-Ħallieq.
Gwida se jagħti ’l-ġenituri
Sabiex isegwu dawn l-aqwa triq.
(KOR)
B’wirt sagru żgur li ġejtu fdati;
Teżor prezzjuż ħajjet l-ulied.
Għalhekk l-aħjar agħtuhom billi
tgħallmuhom t’Alla l-liġijiet.
2. Dak li Alla jrid u kkmanda—
Niżżlu f’qalbek u kun ċert li ssegwih.
Int dwaru tkellem ma’ uliedek;
Dan huwa l-wirt li ġejt fdat bih.
Meta fid-dar int tkellem magħhom,
Sew jekk timtedd jew tqum, jew jekk mexjin.
Jalla la jikbru dan jiftakru,
Leali jkunu, ferm imberkin.
(KOR)
B’wirt sagru żgur li ġejtu fdati;
Teżor prezzjuż ħajjet l-ulied.
Għalhekk l-aħjar agħtuhom billi
tgħallmuhom t’Alla l-liġijiet.
(Ara wkoll Dt. 6:6, 7; Efes. 6:4; 1 Tim. 4:16.)