Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 75

Ir-Raġunijiet Tagħna għall-Ferħ

Ir-Raġunijiet Tagħna għall-Ferħ

(Mattew 5:12)

1. Tant raġunijiet għall-ferħ għandna,

Bħall-għana jogħlew fil-valur.

L-uħud mixtiqin mill-ġnus kollha

Qegħdin jiġu magħna b’fervur.

Imsejjes sew hu l-ferħ ġo qalbna,

Fil-Bibbja dan qabbad l-għeruq.

Kuljum it-tagħlim nieħdu minnha;

Dak li smajna, b’fidi nsegwuh.

Fis-sod hu dak li jġib ferħ lilna,

Bħal ġamar iħeġġeġ fil-qalb.

Għalkemm għawġ u provi ikollna,

Se jgħinna nistabru it-talb.

(KOR)

Ġeħova s-sors tagħna tal-ferħ,

B’għemilu ilkoll mistagħġbin.

Fond tiegħu il-ħsieb, kbir huwa l-ħolqien,

Bil-qawwa tassew mimlijin!

2. Nitgħaxxqu b’dak kollu li ħalaq,

Is-sema, il-baħar, u l-art.

Il-ktieb tal-ħolqien kbir tant ngħożżu,

B’għemilek int lilna saħħart.

Rebbieħa flimkien nagħtu xhieda,

Saltnatu lin-nies nippritkaw.

Araw x’barkiet kbar se ġġib magħha,

Hemm bżonn li l-ġnus kollha jaraw.

Dalwaqt ikun hawn ferħ dejjiemi,

Bħad-dawl tal-jum li jsegwi l-lejl.

Il-wegħda t’art u smewwiet ġodda

Se ġġib ferħ u hena bla kejl.

(KOR)

Ġeħova s-sors tagħna tal-ferħ,

B’għemilu ilkoll mistagħġbin.

Fond tiegħu il-ħsieb, kbir huwa l-ħolqien,

Bil-qawwa tassew mimlijin!