Għanja 96
Fittxu lil Min Jistħoqqlu
1. Uriena is-Sid kif tas-Saltna l-aħbar
Inxandru u kif nippritkaw:
‘Stinkaw kull fejn tmorru ħa tfittxu lil dawk
Li il-bżonn spiritwali jaraw.
Issellmu ’l tad-dar, tixtiqulu is-sliem;
Jekk jistħoqqlu tagħtuh sliem divin.
Jekk kliemkom jinjora imbagħ’d farfru t-trab
Minn saqajkom kif tkunu ħerġin.’
2. Min lilek se jilqaʼ lis-Sid jilqaʼ wkoll.
Jiftħilhom il-qalb Alla ’l dawn.
Jekk xierqa ħarsithom lejn ħajja bla tmiem
Magħna ’l Alla dawn se jaduraw.
Ansjuż qatt tkun dwar kif titkellem, x’se tgħid;
Żgur se jgħinek Ġeħova fil-ħin.
Jekk twieġeb bi kliem ħelu, mħawwar bil-melħ,
Tmiss il-qalb taʼ dawk umli w ġwejdin.
(Ara wkoll Atti 13:48; 16:14; Kol. 4:6.)