Għanja 22
“Ġeħova r-Ragħaj Tiegħi”
(Salm 23)
1. Ġeħova huwa r-Ragħ’j tiegħi;
M’għandix għalfejn nibżaʼ jien.
Għax dak li lin-nagħ’ġ iħobbhom tant
Fi ħsiebu ilkoll f’kull żmien.
Ħdejn l-ilmijiet imexxini,
Għal ruħi Hu barka w kenn;
Jiggwida lili f’ġieħ ismu stess,
Biex nimxi fit-triq tad-deh’n.
Jiggwida lili f’ġieħ ismu stess,
Biex nimxi fit-triq tad-deh’n.
2. Għalkemm jien fi dlam kbir waħdi,
Fil-pass tiegħi ma nibżax.
Għax ir-Ragħ’j Kbir tiegħi dejjem qrib;
Bl-għasluġ biex jien ma nweġġax.
Lil rasi b’żejt jiffriskali,
Il-kies tiegħi sew imlieh.
Żgur minn imħabbtu nkun jien segwit,
U hemm f’daru nkun mistrieħ.
Żgur minn imħabbtu nkun jien segwit,
U hemm f’daru nkun mistrieħ.
3. Imħabba w għerf hu r-Ragħ’j tiegħi!
B’għanjiet taʼ tifħir naqdih.
Messaġġ taʼ ferħ dwar kemm hu ħanin
Lil dawk bħal nagħ’ġ se nagħtih.
Insegwi ’l Kelmtu b’tant fidi,
U nimxi fi triqtu sew.
Naqdih kuljum, dan teżor glorjuż
Kuljum napprezzah tassew.
Naqdih kuljum, dan teżor glorjuż
Kuljum napprezzah tassew.
(Ara wkoll Salm 28:9; 80:1.)