Għanja 76
Ġeħova, Alla tal-Paċi
1. Ġeħova tħobb bil-kbir;
Iżżomm paċi f’kull aġir.
Agħti lilna kwiet u paċi
Biex frott tajjeb jibqaʼ jsir.
Nobduk aħna sejrin;
B’Ibnek ġejna mifdijin.
Nitolbuk tagħtina l-paċi;
Kull ħsieb tagħna tisboq din.
2. Fid-dinja mkien m’hemm sliem
Imma wġigħ ħasdu f’kull żmien;
U fuq niesek approvati
Paċi ssawwab bla waqfien.
Hekk kif nifhmu xi trid
U nogħġbuk għax inti s-Sid,
Nitolbuk ħidmitna tbierek
U il-paċi tagħna żżid.
3. Int tgħinna ċar naraw
Hekk kif b’Kelmtek tagħti d-dawl.
F’din id-dinja tant mudlama
Int tmexxina, w fik nafdaw.
Tnaqqsilna l-ansjetà;
L-paċi ġġib serenità.
Din tgħassilna ’l qalbna w moħħna;
Int tagħtina sigurtà.
(Ara wkoll Salm 4:8; Flp. 4:6, 7; 1 Tess. 5:23.)