KAPITLU 47
Kif Nistgħu Nindunaw li Armageddon Hi fil-Qrib
INT taf x’inhu sinjal, hux veru?— F’Kapitlu 46 qrajna dwar is-sinjal li ta Alla biex juri li qatt iktar ma kien se jerġaʼ jeqred id-dinja permezz taʼ dilluvju. Ukoll, l-appostli riedu sinjal sabiex jindunaw meta Ġesù jkun reġaʼ ġie u meta kellu joqrob l-aħħar tad-dinja, jew taʼ din is-sistema.—Mattew 24:3.
Peress li Ġesù kien se jkun inviżibbli fis-sema, kien hemm bżonn taʼ sinjal li n-nies setgħu jaraw u jindunaw li hu kien beda jmexxi. Għalhekk, Ġesù tkellem dwar affarijiet li d-dixxipli tiegħu kellhom joqogħdu għassa għalihom hawn fuq l-art. Meta kienu se jiġru dawn l-affarijiet, kien se jfisser li hu reġaʼ ġie u beda jaħkem fis-sema bħala Sultan.
Biex jgħallem lid-dixxipli tiegħu kemm hu importanti li joqogħdu għassa, Ġesù qalilhom: “Innotaw is-siġra Luqa 21:29, 30.
tat-tin u s-siġar l-oħrajn kollha: Meta jkunu diġà qed jarmu, jekk tosservawhom tindunaw li issa jkun qorob is-sajf.” Int tinduna meta jkun qorob is-sajf. U tistaʼ tinduna li Armageddon hi fil-qrib meta tara l-affarijiet li Ġesù tkellem dwarhom iseħħu.—Fuq din il-paġna u li jmiss, se nagħtu ħarsa lejn stampi t’affarijiet li Ġesù qal li kellhom ikunu parti mis-sinjal li juri li s-Saltna t’Alla hi fil-qrib. Meta jseħħu dawn l-affarijiet kollha, is-Saltna Kapitlu 46.
t’Alla bi Kristu bħala Ħakkiem se tfarrak lill-gvernijiet l-oħra kollha, bħalma qrajna f’Mela ħares sewwa lejn l-istampi fiż-żewġ paġni taʼ qabel din, u se nitkellmu fuqhom. F’Mattew 24:6-14 u Luqa 21:9-11, tistaʼ taqra dwar dak li qed tara f’dawn l-istampi. Jekk indunajt, hemm ukoll numru żgħir f’kull stampa. Dan l-istess numru jinsab fil-bidu tal-paragrafu li jiddeskrivi dik l-istampa. Issa ejja naraw jekk il-ħafna partijiet tas-sinjal li ta Ġesù humiex jitwettqu llum.
(1) Ġesù qal: “Se tisimgħu bi gwerer u aħbarijiet taʼ gwerer; . . . ġens iqum kontra ġens u saltna kontra saltna.” Smajt aħbarijiet dwar gwerer?— L-ewwel gwerra mad-dinja kollha ġrat mill-1914 sa l-1918, u mbagħad kien hemm it-tieni gwerra dinjija, mill-1939 sa l-1945. Qabel dawn qatt ma kien hemm gwerer dinjin! Issa hawn gwerer madwar id-dinja kollha. Donnu jidher li fuq it-televixin, fuq ir-radju, u fil-gazzetta, kuljum nisimgħu jew naqraw dwar il-gwerer.
(2) Ġesù qal ukoll: “Ikun hemm nuqqas taʼ ikel . . . f’post wara l-ieħor.” Bħalma forsi taf, mhux kulħadd għandu biżżejjed x’jiekol. Kuljum eluf taʼ nies imutu għax m’għandhomx biżżejjed ikel.
(3) Ġesù kompla jgħid: “F’post wara l-ieħor ikun hemm mard li jittieħed.” Taf x’jagħmel dan it-tip taʼ mard?— Dan il-mard joqtol ħafna nies. Marda kbira bħal din li semmewha l-influwenza Spanjola qatlet madwar 20 miljun ruħ kważi f’sena waħda. Fi żmienna, x’aktarx li se jmutu iktar nies bl-AIDS milli mietu b’dik il-marda. U hemm il-kanċer, il-mard tal-qalb, u mard ieħor li joqtol ħafna eluf taʼ nies kull sena.
(4) Ġesù ta parti oħra mis-sinjal, billi qal: “Ikun hemm . . . terremoti f’post wara l-ieħor.” Taf x’inhu terremot?—Meta jagħmel terremot tħoss l-art taħtek tiċċaqlaq. Jaqgħu d-djar u ħafna drabi jmutu n-nies. Mill-1914 ’l hawn, ġraw ħafna terremoti kull sena. Ġieli smajt bit-terremoti?—
(5) Ġesù qal li parti oħra mis-sinjal kienet li kellu “jiżdied il-ħażen.” Għalhekk hawn ħafna serq u vjolenza. Kullimkien, in-nies jibżgħu li xi ħadd jipprova jidħol fid-dar tagħhom u jisraqhom. Qatt qabel ma kien hawn daqshekk kriminalità u vjolenza fil-partijiet kollha tad-dinja daqskemm hawn illum.
(6) Ġesù ta parti importanti ħafna mis-sinjal meta qal: “Din l-aħbar tajba tas-saltna tiġi pridkata fl-art abitata kollha bħala xiehda lill-ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-tmiem.” (Mattew 24:14) Jekk temmen “din l-aħbar tajba,” allura għandek titkellem dwarha m’oħrajn. B’dan il-mod tkun tistaʼ tieħu sehem f’din il-parti tas-sinjal.
Xi nies jistgħu jgħidu li l-affarijiet li bassar Ġesù ilhom minn dejjem. Imma affarijiet bħal dawn qatt qabel ma ġraw kollha f’tant partijiet tad-dinja u fl-istess żmien. Mela qed tifhem xi jfisser is-sinjal?— Dan ifisser li meta naraw dawn l-affarijiet kollha jseħħu, din id-dinja ħażina dalwaqt se tinqered u minflokha jkollna d-dinja ġdida t’Alla.
Meta Ġesù ta dan is-sinjal, hu tkellem ukoll dwar staġun speċjali tas-sena. Hu qal: “Ibqgħu itolbu biex il-ħarba tagħkom ma tkunx fix-xitwa.” (Mattew 24:20) X’taħseb li ried ifisser b’dan?—
Jekk xi ħadd ikun irid jaħrab minn xi diżastru matul l-istaġun tax-xitwa, meta jkun diffiċli ħafna jew saħansitra perikoluż
li tivvjaġġa minħabba t-temp, x’jistaʼ jiġri?— Jekk jirnexxilu jaħrab, irid ikun verament għamel sforz kbir. Ma tkunx ħasra jekk xi ħadd imut f’maltempata xitwija sempliċement għax kien imħabbat wisq b’affarijiet oħra biex jibda l-vjaġġ tiegħu iktar kmieni?—Qed tifhem x’inhu l-punt meta Ġesù qal biex dak li jkun ma jistenniex sax-xitwa biex jaħrab?— Kien qed jgħidilna li ladarba aħna nafu li Armageddon hi fil-qrib, ma rridux indumu naħsbuha biex nuru li nħobbu lil Alla billi naqduh. Jekk indumu naħsbuha, jistaʼ jkun tard wisq għalina. B’hekk, inkunu qisna dawk in-nies fi żmien id-Dilluvju l-kbir li semgħu lil Noè jwissihom imma ma daħlux fl-arka.
Issa, ejja nitkellmu dwar kif se tkun il-ħajja meta l-gwerra kbira t’Armageddon tkun għaddiet. Se nitgħallmu x’għandu lest Alla għal dawk kollha minna li jħobbuh u jaqduh bħalissa.
Dawn li ġejjin huma skritturi oħra li juru li Armageddon hi fil-qrib: it-2 Timotju 3:1-5 u t-2 Pietru 3:3, 4.