Introduzzjoni għal sezzjoni 4
Din is-sezzjoni tlaqqagħna maʼ Ġużeppi, Ġob, Mosè, u l-Iżraelin. Ilkoll issaportew ħafna waqt l-attakki tax-Xitan. Xi wħud minnhom ġew trattati ħażin, mitfugħin il-ħabs, kienu lsiera, u anke batew minħabba l-mewt f’daqqa tal-maħbubin tagħhom. Minkejja dan, Ġeħova pproteġiehom b’diversi modi. Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek biex jifhem kif dawn il-qaddejja taʼ Ġeħova ma tilfux il-fidi minkejja li sofrew affarijiet mill-agħar.
Ġeħova bagħat l-Għaxar Kastigi biex juri li hu iktar setgħan mill-allat kollha tal-Eġittu. Għinhom jaraw kif Ġeħova pproteġa lill-poplu tiegħu fil-passat u kif jagħmel dan anke llum.
F'DIN IT-TAQSIMA
LEZZJONI 15
Ġeħova qatt ma nesa lil Ġużeppi
Għalkemm Ġużeppi kien ’il bogħod minn familtu, kien jidher ċar li Alla kien miegħu.
LEZZJONI 17
Mosè għażel li jqim lil Ġeħova
Meta kien tarbija, omm Mosè salvatlu ħajtu bil-pjan tajjeb li ġie f’moħħha.
LEZZJONI 19
L-ewwel tliet kastigi
Il-Fargħun ġab diżastru fuq in-nies tiegħu minħabba l-kburija, minflok ma sempliċiment ħa azzjoni waħda.
LEZZJONI 21
L-għaxar kastig
Dan il-kastig tant kien taʼ niket li anke l-Fargħun bil-kburija kollha tiegħu fl-aħħar ċeda.
LEZZJONI 22
Il-miraklu tal-Baħar l-Aħmar
Il-Fargħun irnexxielu jibqaʼ ħaj sal-għaxar kastig, imma salva minn dan il-miraklu li għamel Alla?